Left arrow Go Back

INAWGURAT PLAYGROUND ĠDID FL-ISKOLA TAS-SACRED HEART

pr2179
Date Icon 23/11/2010
Il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, dalgħodu inawgurat playground li nbena mill-ġdid fl-iskola tas-Sacred Heart f’San Ġiljan, proġett li minnu se jgawdu madwar 1,000 studenta li jattendu din l-iskola.
Ix-xogħol fuq il-binimill-ġdid tal-playground sar matul is-sajf li għadda wara li nqala’ l-wiċċ il-qadim li kien magħmul minn ċangaturi li ilhom jintużaw matul is-snin – aktar minn 100 sena li ilha mwaqqfa din l-iskola – saritilhom ħsara kbira u kienu qed ikunu ta’ periklu għall-istudenti.
Biex seta’ twettaqil-proġett l-iskola kellha bżonn tiġbor donazzjonijiet mill-ġenituri tal-istudenti, benefatturi u mbagħad ingħatat ukoll għajnuna mill-Fond għall-Kawżi Ġusti u mis-Segretarjat Parlamentari għall-Isport fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Fiċ-ċerimonja ta’dalgħodu tkellmu l-President tal-Bord tal-Gvernatur tal-Iskola, Joyce Pullicino, il-Kap tal-Iskola, Carmen Cassar u l-Ministru Cristina.
Fid-diskors tagħha l-Ministrutal-Edukazzjoni fakkret fiż-żmien li hi kienet għalliema f’din l-istess skola u qalet li sa mill-bidunett l-iskola tas-Sacret Heart kienet magħrufa għall-karatteristiċi partikolari li għalihom eluf ta’ ġenituri għażlu li jibagħtu ‘l uliedhom fiha.
Il-Ministrurringrazzjat lill-għalliema dedikati ta’ din l-iskola li barra milli jgħallmu s-suġġetti akkademiċi jieħdu sehem ukoll f’attivitajiet oħra u fuq kollox idaħħlu fit-tfal valuri għolja li żgur jgħinuhom tul ħajjithom.
Hi enfasizzat l-impenntal-Gvern li jkompli jgħin lill-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti li qed jagħtu servizz utli lill-pajjiż u appellat lill-istudenti biex igawdu s-snin li jagħmlu fl-iskola u jieħdu kemm jistgħu minn dawn is-snin li huma ferm importanti għall-formazzjoni tagħhom.
Il-Ministrutal-Edukazzjoni kixfet lapida kommemorattiva li tbierket minn Fr. Dominic Scerri, Delegat tal-Ariċisqof għall-Edukazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow