Left arrow Go Back

IX-XOGĦOL HUWA PRIJORITÀ ASSOLUTA FL-AĠENDA POLITIKA TAL-GVERN MALTI – CLYDE PULI WAQT IL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAX-XOGĦOL TAL-UNJONI TAL-MEDITERRAN

pr2167
Date Icon 22/11/2010

Ix-xogħol u l-impjegabilità huma prijorità assoluta fl-aġenda politika tal-Gvern Malti. Hekk sostna l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport meta dalgħodu ndirizza t-Tieni laqgħa tal-Ministri tax-Xogħol tal-pajjiżi tal-Unjoni tal-Mediterran.

L-Onor. Puli żied li fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, il-Gvernijiet Ewropej inkluż il-Gvern Malti qed jagħmlu aktar enfasi fuq ix-xogħol u l-impjegabiltà sabiex jipprovdu aktar opportunitajiet lin-nies. Biex dan iseħħ, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari, hemm bżonn li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn oqsma differenti tal-politika fosthom l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-aċċess għall-informazzjoni, li għandhom ikunu prijoritajiet orizzontali.

Is-Segretarju Parlamentari żied li peress lil-pajjiżi tal-Unjoni tal-Mediterran iħaddnu similaritajiet kulturali u soċjali, jagħmluha aktar faċli biex dawn il-pajjiżi jikkoperaw flimkien f’dawn is-sitwazzjonijiet ġodda.
Huwagħalhekk li t-titjib fil-livell tal-għixien, it-tisħiħ ta’ prospetti tax-xogħol u l-parteċipazzjoni akbar fid-dinja tax-xogħol għandhom ikunu l-fulkru tad-deċiżjonijiet tagħna, sostna l-Onor. Puli.
Malta hikommessa li tinvesti aktar fl-ekonomija, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ sabiex tippromwovi xogħol ta’ valur miżjud għoli li jinvolvi aktar ħiliet u kompetenzi. Biex nagħmlu hekk, kompla s-Segretarju Parlamentari, jeħtieġ li jiġi stimulat it-tkabbir permezz tal-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sostennibilità fiskali flimkien ma’ ħaddiema aktar imħarrġa u flessibbli.
Il-GvernMalti qed jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema tiegħu u hawnhekk is-Segretarju Parlamentari spjega kif Malta esperjenzat tkabbir fil-life long learning u programmi ta’ taħriġ għall-adulti. Dan seħħ billi kien hemm enfasi fuq programmi ta’ taħriġ u impjegabbilta’ kif ukoll ġew introdotti skemi u miżuri fiskali li jindirizzaw l-isfidi li huma preżenti l-aktar fil-pajjiżi Mediterranji fosthom l-inattività fl-impjieg tan-nisa u anzjani.

L-Onor. Puli spjega kif il-Gvern qed joffri numru ta’ programmi sabiex tikber il-flessibiltà fost il-ħaddiema. Hawnhekk hu ta’ eżempju bil-programmi tal-Fond Soċjali Ewropew u sostna li dan għandu jintuża bħala għodda mill-pajjiżi Ewro Mediterranji kollha.

L-Onor. Puli kkonkluda li l-Gvern Malti jemmen li b’aktar xogħol u b’xogħol aħjar mhux biss titnaqqas id-dipendenza tan-nies minn fuq is-sistema tal-protezzjoni soċjali iżda bil-kontribuzzjoni tal-ħaddiema tiżgura s-sostenibbilità tas-sistemi soċjali preżenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow