stqarrija mill-ministeru għal għawdex
pr2162
21/11/2010
Proġetti f’Għawdex għal ġid tal-Għawdxin u l-ekonomija nazzjonali
| Il-proġetti li saru u li għaddejjin | f’Għawdex ixejnu l-kritika li għamel dal-għodu l-Kap tal-Oppożizzjoni. F’Għawdex, f’din il-leġiżlatura, saru skemi ta’ taħriġ u ta’ xogħol biex aktar Għawdxin jidħlu f’impjieg. Dawn l-iskemi kienu strumentali biex għenu kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Is-sena li għaddiet infetaħ l-Istitut għall-Istudji Turistici li qed joffri opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ, infetah Ċentru Santa Marta għall-persuni b’diżabilita, infetaħ Ċentru għal ġbir ta’ skart goff, saru toroq arterjali ġodda u ħmistax oħra se tiġi inawgurata l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Victoria Għawdex. |
| Mis-sena d-dieħla, id-drenagg kollu | se jibda jiġi trattat qabel jintefa l-baħar u dan bis-saħħa tal-proġett tal-Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ. |
| Il-Ministeru wettaq ħidma intensiva | bi preparazzjoni għal proġetti li qed jitwettqu jew li ser ikunu jitwettqu fix-xhur li ġejjin. Bdew xogħlijiet strutturali fuq it-toroq Ta’ Pinu u tax-Xlendi li minkejja l-kritika nfondata għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u ser ikomplu jagħtu lil Għawdex aktar minn żewġ kilometri u nofs ta’ toroq arterjali ta’ standards għoljin wara li saret parti kbira mit-triq tal-Imġarr u dik li mir-Rabat tagħti għal San Lawrenz. Beda xogħol fuq it-triq tad-Dwejra u ser jibdew xogħlijiet f’toroq oħra residenzjali kif ukoll it-tkomplija ta’ triq l-Imġarr mix-Xewkija għar-Rabat. Għaddej ix-xogħol fuq il-ġonna Villa Rundle u twettqet ħidma ntensiva biex fi ftit ġimgħat oħra tkun tista’ tiġi inawgurata taqsima ġdida tar-radjoloġija ġewwa l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. F’dawn il-jiem beda jiġi ttestjat l-apparat ġdid li ser ikun qed jagħti servizz mill-aqwa lill-pazjenti f’dan l-isptar f’Għawdex filwaqt li jkompli jżid s-servizzi li jingħataw f’Għawdex stess biex b’hekk anqas pazjenti Għawdxin ikollhom il-bżonn li jmorru għal dawn is-servizzi f’Malta. |
| Beda programm ta’ tindif fil-widien u | lqugħ tal-ilma li żied il-ħażna tal-ilma tax-xita b’aktar minn 18,500 metru kubu, pjan ta’ afforestazzjoni li ser jara 7000 siġra jitħawlu f’ħames ġonna ġodda, studju biex l-ilma trattat fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jibda jintuża fil-qasam agrikolu Għawdxi, ħidma biex aktar pannelli fotovoltaiċi jiġu nstallati fuq bjut ta’ bini publiku madwar Għawdex, ħidma biex l-farm tal-Gvern jinbidel f’ċentru ta’ riċerka u żvilupp agrikolu, korsijiet biex jiġi mtejba l-ħiliet tar-riżors uman f’Għawdex, korsijiet biex jiġu ntrodotti prattiċi għll-użu aħjar tal-pestiċidi u l-immaniġġjar tal-iskart. |
| Qed isiru applikazzjonijiet biex | inkomplu bi proġetti ambizzjużi bħalma huma l-bini ta’ pixxina indoor flimkien ma’ faċilitajiet sportivi oħra biex inkomplu nagħtu lill- poplu Għawdxi dak li jistħoqlu filwaqt li nsaħħu dejjem aktar il-potenzjal ta’ Għawdex f’niċeċ turistiċi. Dan anke billi issa nibdew inwettqu r-rakkomandazzjonijiet li joħorġ mill-masterplan li sar dwar iċ-Ċittadella flimkien ma’ xogħol f’siti storiċi oħra bħalma hi l-Ġgantija u postijiet oħra bħalma hi ż-Żewwieqa. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003