Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru waqt il-Laqgħa tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali –  Attard

pr2157
Date Icon 20/11/2010

Sur President

Sindki

Għeżież Kunsilliera.

L-2010kienet sena partikolari għall-Kunsilli Lokali. Kienet sena bi sfidi importanti li bil-ħidma tagħna – tagħkom ilkoll – irnexxielna negħlbuhom.
Matulis-sena li għaddiet ġie implimentat it-tiġdid tal-Kunsilli Lokali.
Waraproċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa, il-Parlament qabel unanimament mal-emendi għall-Att tal-Kunsilli Lokali kif imressqa mill-Gvern.
Fix-xhurli għaddew saret ħidma sfieqa biex dak li qbilna dwaru jitwettaq.
Il-maġġoranzatal-Kunsilli Lokali xammru l-kmiem u żiedu l-ħidma tagħhom biex lir-residenti jagħtuhom l-aqwa servizz.
Iż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali,riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji.
Waradak li tħabbar fil-Budget għall-2011, fl-ewwel tliet snin u nofs ta’ din il-leġiżlatura, il-Kunsilli Lokali se jkunu ngħataw qrib il-mitt miljun ewro bejniethom.
Dawnil-flus jinkludu

·                                l-allokazzjoni finanzjarja annwali ;

·                                u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti.

Fis-sentejn li għaddew ġew introdotti diversi fondispeċjali u ħarġu diversi skemi biex permezz tagħhom Kunsilli Lokali jkunu megħjuna jwettqu proġetti importanti li mhux neċessarjament jistgħu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta.
Dawnl-iskemi, li minnhom inħarġu 23, ammontaw għal total ta’ 6.2 miljun ewro.
Dawnil-fondi speċjali jingħataw lill-Kunsilli Lokali wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal inizjattivi u proġetti immirati biex jintlaħaq l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli bl-aħjar servizz għar-residenti.
Permezz tagħhom ittieħdu qrib il-550 proġett jewinizjattiva differenti.
Dawnkienu jinkludu

·                                l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali;

·                                ir-restawr ta’ postijiet storiċi;

·                                it-tisbiħ taċ-ċentri urbani u xogħlijiet f’zoni rurali;

·                                żieda fl-aċċessibilita’ ta’ postijiet pubbliċi;

·                                investiment akbar f’enerġija alternattiva;

·                                it-tisbiħ tal-ambjent fil-lokalitajiet tagħna;

·                                l-organizzazzjni ta’ korsijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja;

·                                għajnuna biex il-libreriji lokali jixtru aktar kotba ġodda;

·                                għajnuna biex ikunu organizzati aktar attivitajiet sportivi biex inħeġġu parteċipazzjoni usa’ li twassal għal stil ta’ ħajja aħjar.

Dan il-Gvernwera bil-fatti li jemmen fil-Kunsilli Lokali u fil-ġid li dawn qed jagħmlu fil-komunitajiet li jirrappreżentaw.
Qedinwegħdu li matul is-sena li ġejja se nkomplu nwieżnu lill-Kunsilli Lokali.
Senkunu qed inħeġġu lill-Kunsilli Lokali jkunu aktar kreattivi u se nkomplu nagħtuhom aktar għodda biex ikomplu jwettqu l-ġid fil-lokalitajiet tagħhom.
L-għan aħħari jibqa’ dak li l-lokalitajiet tagħnajkomplu jiksbu livelli dejjem ogħla ta’ sostenibbilita’
Huf’dan il-kuntest li matul is-sena li ġejja se nkomplu bil-politika tagħna li noħorġu aktar skemi ta’ finanzjament speċjali biex ikunu l-Kunsilli Lokali nfushom li, wara li jidentifikaw il-ħtiġijiet tagħhom, ikunu jistgħu jwettqu dak li hemm bżonn.
L-2010 rat ukoll it-twessiegħ tal-prinċipjutas-sussidjarjeta’ hekk kif 16-il komunita’ eleġġew il-Kumitat Amministrattivi tagħhom.
Bil-mod il-mod dawn il-kumitati qed isibu saqajhom ubil-mod il-mod bdew joħorġu bl-ideat ta’ xi proġetti jistgħu jwettqu.
Ankililhom se nagħtuhom l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effiċjenti.
Fl-ewwel ftit xhur tal-ħidma tagħhom, appartil-allokazzjoni finanzjarja diretta biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħlijiet ta’ rutina, inħarġet skema ta’ terz ta’ miljun ewro biex il-Kumitati jkunu jistgħu jwettqu proġett tal-għażla tagħhom.
Mautlil-ġimgħa li għaddiet ħabbarna liema proġetti u liema Kumitati Amministrattivi se jkunu qed jirċievu l-fondi minn din l-iskema.
Is-sena d-dieħla se nkomplu ngħinu direttamentlill-Kumitati Amministrattivi biex huma wkoll jesegwixxu aktar inizjattivi u proġetti.
Fix-xhur li gejjin nixtieq nara aktar koperazzjoni usinergija bejn il-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi. Mhux qed ngħid li l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi mhux qed jaħdmu flimkien. Xejn minn dan.
Ħafnamill-Kunsilli u l-Kumitati diġa sabu modi kif jikkollaboraw u jgħinu lil xulxin.
Hekkgħandu jkun kullimkien. Il-Kumitati mhux qeghdin hemm biex ifixklu lill-Kunsilli. Qegħdin hemm biex jghinuhom jaqdu dmirijiethom aħjar.
Xtaqtnitkellem ukoll dwar il-ħidma li qed issir biex intejbu l-qafas ta’ toroq residenzjali f’pajjiżna. Fl-2010, għall-ewwel darba, ħaddimna l-kunċett tal-Public Private Partnership fuq it-toroq.
Dinl-iskema qed titħaddem b’mod parallel ma’ proġett pilota fi tliet lokalitajiet.
Sarukoll ring-fencing ta’ miljuni ta’ ewro oħra mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li bihom jistgħu jsiru xogħlijiet fit-toroq biss.
Dankollu wassal biex bħalissa qed isiru xogħlijiet f’aktar minn 450 triq f’49 belt u raħal b’investiment komplessiv ta’ €14-il miljun.
Minndawn it-toroq se jkunu qed igawdu eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin li jgħixu fihom jew għandhom in-negozji tagħhom fihom.
F’90minn dawn it-toroq ix-xogħol tlesta.  Fi 28 triq oħra ix-xogħol jinsab għaddej bħalissa.
F’124triq, l-offerti ġew aġġudikati. Fil-każ ta’ 89 triq, it-tender jinsab fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni.
Għal 24triq oħra inħarġet is-sejħa għall-offerti u din għadha miftuħa.
Waras-suċċess li kellna din is-sena bil-Public Private Partnership fit-toroq, il-Gvern iddeċieda li jkompli jsaħħaħ din l-iskema.
Fix-xhurli ġejjin se nżidu l-ħidma tagħna biex nassiguraw li aktar Kunsilli Lokali jibbenefikaw minn din l-iskema.
Irridunaraw aktar Kunsilli Lokali jiġu ’l quddiem bil-listi ta’ toroq li jridu jsiru mill-ġdid.
B’hekkse nkunu qed nassiguraw li nkomplu ntejbu l-qafas ta’ toroq residenzjali fil-lokalitajiet tagħna
Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt kif l-2010kienet sena partikolari, mimlija sfidi, għall-Kunsilli Lokali.
Minbarra l-isfidi tal-ħidma, żdiedet ukoll l-isfidamaħluqa min-numru ta’ individwi li ma mxewx kif rikjest minnhom bħala persuni li jokkupaw karigi pubbliċi, u għaldaqstant spiċċaw biex tappnu l-image tal-Kunsillieri u tal-Kunsilli Lokali.

B’xorti ħażina, mal-ħażin dejjem jeħel it-tajjeb.

Kemmsmajna xorti matul is-sajf li għadda!  Kemm qrajna dwar x’għamel dak u x’għamel l-ieħor!
Jienma nlumx lill-gazzetti u lill-media li kitbu dak kollu li kitbu għax min għamel ħażin, jekk għamel ħażin, għandu jwieġeb ta’ għemilu.
Madanakollu żommu f’moħħkom ħaġa waħda. Dawk lissemmew għax setgħu għamlu xi ħaġa ħażina kienu l-ftit. F’Malta għandha 68 Kunsill Lokali, 16-il Kumitat Amministrattiv u qrib il-500 Kunsillier jew membru f’Kumitat.
Dawkli għamlu, jew setgħu għamlu l-ħażin, huma l-ftit.
Jienkburi bil-ħidma tal-maġġoranza tagħkom. Kburi bikom għax taħdmu bla ma tistennew xejn lura. Kburi bikom għax taħdmu għall-ġid tal-lokalitajiet tagħkom. Kburi bikom għax qed tagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies li tirrappreżentaw.
Inwegħdkom l-appoġġ tal-Gvern u tas-SegretarjatParlamentari tiegħi biex flimkien, inkomplu naħdmu sabiex inkomplu intejbu l-lokalitajiet tagħna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow