It-Tfal kollha għandhom dritt għal Tfulija fl-Imħabba
pr2156
20/11/2010
| Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja issellem lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex filwaqt li tagħraf id-dritt tagħhom għal tfulija sħiħa u sabiħa fejn ikollhom ċans jilgħabu u jedukaw ruħhom u jsibu l-wens, l-imħabba u l-appoġġ kollu li jkollhom bżonn. |
| Minkejja | dak kollu li sar u għadu qed isir fil-qasam tat-tfal, wieħed jirrikonoxxi li għad hawn numru ta’ tfal li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli. Lejn dawn it-tfal – li huma l-aktar vulnerabbli - għandna d-dmir li nkomplu naħdmu biex kemm jista’ jkun noħorġuhom minn dawn is-sitwazzjonijiet u tkun assigurata lilhom tfulija normali u sabiħa. |
| It-tfal | għandhom dritt għal edukazzjoni li tgħinhom jiżviluppaw il-personalita’ u l-ħiliet tagħhom u għalhekk qed issir ħidma biex tkompli tissaħħaħ is-sistema edukattiva biex ikun assigurat li t-tfal kollha jakkwistaw il-ħiliet bażiċi li jgħinuhom jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. |
| Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, il-Ministeru | tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja itenni l-impenn tiegħu li jibqa’ jaħdem bla heda biex jassigura li t-tfal kollha Maltin u Għawdxin, ikomplu jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom li jassigurawlhom tfulija sana u ferrieħa li tgħinhom biex ikomplu mexjin ‘l quddiem fil-ħajja u jkollhom suċċess u sodisfazzjoni li jixirqilhom. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003