Left arrow Go Back

Jingħata bidu għal Gozo Grand Sprint 2010

pr2155
Date Icon 20/11/2010
Dalgħodungħata bidu għal Gozo Grand Sprint 2010 li huwa l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu li qed jiġi organizzat f’Għawdex. Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Malta Motorsport Federation (MMF) flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Island Car Club u l-Valletta Grand Prix Foundation.
Minbarral-valur bħala attrazzjoni sportiva unika fil-gżira ta’ Għawdex l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment hija wkoll inizjattiva favur iż-żieda fit-turiżmu intern lejn Għawdex speċjalment fix-xhur relattivament kwieti tas-sena. Dan l-avveniment ġibed parteċipazzjoni ta’ 77 sewwieq flimkien mas-support teams tagħhom kif ukoll għadd kbir ta’ dilettanti tal-karozzi kemm minn Għawdex kif ukoll minn Malta. Bosta mis-sewwieqa huma Maltin iżda kien hemm ukoll interess minn xi sewwieqa Għawdxin u minn Skoċċiż li hu residenti f’Għawdex u kien ukoll sewwieq tal-karozzi f’rallies ġewwa l-Iskozja. Dan l-avveniment ġie wkoll reklamat fi Sqallija bir-riżultat li ġibed il-parteċipazzjoni ta’ Alessandro Modica u Alessio Cascone li huma żewġ stilel ġodda fil-qasam tad-drifting fl-Italja.
Attrazzjoni unika matul dan l-avveniment sportivhija l-preżenza ta’ mistieden eċċezzjonali li huwa wkoll personalità magħrufa sew fil-qasam sportiv internazzjonali.  Minbarra li rebaħ ir-rally Pariġi-Dakar erba’ darbiet, il-Fillandiż Ari Vatanen kien ukoll champion tad-dinja tar-rally 1981 u l-1997 u ngħata l-Gregory Grant Award għas-suċċess li kiseb fil-karriera tiegħu fix-xena tal-isport tal-karozzi. Huwa ħadem ukoll fl-isfera politika permezz ta’ karigi fil-Parlament Ewropew f’diversi oqsma li jinkludu l-affarijiet barranin, trasport u turiżmu kif ukoll l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u reġjonali.
Ġiemistieden ukoll ġurnalist Taljan li ser ikun qed isegwi dan l-avveniment f’Għawdex kemm permezz ta’ kitba f’ġurnali kif ukoll permezz ta’ filming għal stazzjon televiżiv ġewwa Sqallija.
Is-Sibtfilgħodu ġiet imtellgħa konferenza tal-aħbarijiet qabel ma ngħata bidu għall-avveniment li qed jittella’ bejn illum u għada.  L-Onor Giovanna Debono, fissret kif il-Ministeru għal Għawdex qiegħed isostni dan l-avveniment għax jemmen li għandu potenzjal li jattira turisti mis-suq domestiku fi żmien li hu meqjus bħala wieħed relattivament kwiet għal dan is-settur. Spjegat ukoll li dan kien possibbli permezz ta’ għajnuna mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll mill-Kunsill Malti għall-Isport li kienu strumentali biex il-Malta Motorsport Federation setgħet tikkoordina dan l-avveniment uniku. Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li din hija inizjattiva oħra li minbarra li tirreklama lill-Għawdex fis-suq domestiku hija wkoll okkażjoni fejn Għawdex qed jiġi espost f’niċeċ partikolari barra minn Malta. Il-preżenza ta’ sewwieqa u ġurnalist minn Sqallija jagħtu valur miżjud lill-investiment li qed isir biex tiġi mtellgħa l-Gozo Grand Sprint 2010. Hija spjegat kif it-tisħiħ infrastrutturali f’Għawdex fl-oqsma kollha qed isaħħaħ il-potenzjal ta’ Għawdex bħala attrazzjoni turistika f’diversi niċeċ inkluż dik tal-isport.
Is-surTonio Cini President tal-MMF ta’ merħba lill-mistieden ċelebri Ari Vatanen kif ukoll lis-sewwieqa kollha inkluż dawk barranin. Huwa rringrazzja lill-entitajiet Governattivi kollha li kkollaboraw biex tkun tista’ tiġi mtellgħa l-Gozo Grand Sprint 2010 flimkien mal-Pulizija, it-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili u s-servizzi tas-saħħa u s-sigurtà ġewwa Għawdex. Semma’ b’mod speċjali l-koperazzjoni tal-Island Car Club (ICC) u l-Valletta Grand Prix Foundation li kienu strumentali biex jiġbdu l-parteċipazzjoni tal-membri tagħhom. Is-Sur Cini rringrazzja wkoll lir-residenti u s-sidien ta’ stabilimenti kummerċjali fiż-żona taċ-ċirkwit li kkollaboraw mal-organizzaturi biex setgħu jwettqu l-idea li ilhom jippromwovu għal dawn l-aħħar erba’ xhur. Huwa żvela sorpriża li ngħatat lil Ari Vatanen meta stiednu biex jiftaħ it-tlielaq billi jsuq karozza ġentilment mislufa minn wieħed mill-membri tal-ICC.
Waqtil-konferenza tkellmu wkoll Ari Vatanen u s-sur Bernard Vassallo mill-Kunsill Malti għall-Isport.
Il-programm ta’ llum baqa’ għaddej sal-ħamsa ta’wara nofsinhar u għada mistenni jibda fid-9.00 ta’ filgħodu u jintemm mhux aktar tard mill-5.00 ta’ wara nofsinhar.
Għal dinl-okkażjoni l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex ħabbret li wħud mill-istabilimenti li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex u li huma membri tagħha, offrew rati speċjali għal dawk il-Maltin u turisti li qattgħu ljieli f’Għawdex bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd. Il-Kunsilli Lokali ta’ l-inħawi u t-taqsima ta’ Transport Malta f’Għawdex ikkollaboraw mal-Pulizija biex jiġu kkreati devjazzjonijiet tat-traffiku filwaqt li tiġi assigurata sigurtà fil-ħinijiet tat-tlielaq.
Minbarrali ser ikun l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, il-Gozo Grand Sprint 2010 għandu potenzjal li jiġi segwit minn avvenimenti simili fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow