Left arrow Go Back

INAWGURATA KAMRA TA’ RILASSAMENT FL-ISPTAR MONTE KARMELI

pr2146
Date Icon 19/11/2010

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea,  inawgura kamra ta’ rilassament fis-sala tan-nisa numru wieħed fl-Isptar Monte Karmeli.  Dan kien ir-riżultat ta’ riċerka li saret minn tim multidixxiplinarju bl-iskop li jkompli jiġi mtejjeb is-servizz offrut.

F’diskors tal-okkażjoni, l-Onor. Galea qal li din is-sala hija dik li tissejjaħ Nurse Development Unit, l-unika waħda tax-xorta tagħha fil-qasam tas-saħħa mentali.  Fost oħrajn, dan jinvolvi li l-infermiera jevalwaw il-livell ta’ sodisfazzjon tal-pazjenti tagħhom, liema evalwazzjoni tagħti informazzjoni dwar il-mod li biħ il-pazjenti jħarsu lejn il-kura mogħtija u wkoll kif din taffettwa l-istil ta’ ħajja tagħhom.

Wara evalwazzjoni simili ġie stabbilit li jista’ jsir użu aħjar mill-ħin liberu li jkollhom il-pazjenti u b’dan f’moħħom inbeda x-xogħol biex issir il-kamra ta’ rilassament.  L-Onor. Galea spjega li minkejja li l-kelma rilassament normalment tintuża mingħajr ħafna ħsieb, fil-fatt din iġġib magħha ħafna impenn.  Fil-fatt din hija sengħa li trid tiġi mgħallma, u permezz tat-tagħmir preżenti fil-kamra inawgurata, il-pazjenti jkunu jistgħu inaqqsu t-tensjoni u jserrħu l-moħħ.  Dan imbgħad jirrifletti fil-pożittiv fuq il-proċess ta “recovery” li fuqu hija bbażata il-kura psikjatrika.

Fis-sala msemmija jingħataw kura 139 pazjent (mhux kollha residenti) ta’ etajiet differenti li jibdew minn adolexxenti sa anzjani.

L-Onor. Galea rringrazzja lill-membri tal-istaff tad-dedikazzjoni u d-determinazzjoni tagħhom li jissarfu f’kura ta’ livell għoli lill-pazjenti.  Hu rringrazzja wkoll lill Vodafone Malta Foundation li ħarġet il-fondi neċessarji għal dan il-proġett.

Is-Sinjura Ġemma Mifsud Bonnici, Chairperson tal-istess fondazzjoni sellmet lill-ħaddiema tas-sala kif ukoll lill-pazjenti.  Hi qalet li kien ta’ pjaċir għall-fondazzjoni li tkun ta’ għajnuna b’dan il-mod. 

Fi tmiem l-attività ġew preżentati ċertifikati lill-infermiera li jaħdmu fis-sala wara li f’dawn l-aħħar ġimgħat attendew taħriġ dwar it-terapija tal-komunikazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow