Left arrow Go Back

L-ART BĦALA INVESTIMENT FIL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA

pr2113
Date Icon 16/11/2010
“Il-politika ta’devoluzzjoni kif imħaddma mill-Gvern hija mezz ieħor ta’ kif nikkontribwixxu b’mod iżjed effettiv għal lokalitajiet dejjem iżjed aċċessibbli.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt li kien qed imexxi ċerimonja ta’ devoluzzjoni, li permezz tagħha Ġnien Sant’Anna f’Marsascala għadda għand il-Kunsill Lokali tal-istess lokalità.
Jason Azzopardi qalli l-Kunsill Lokali għandu pjanijiet ambizzjużi għal dan il-ġnien li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-lokalità. Filwaqt li se jissebbaħ, u mgħammar b’faċilitajiet għar-rilassament tal-famija, parti żgħira minn Ġnien Sant’Anna se tiġi żviluppata fl-uffiċċji amministrattivi ġodda tal-Kunsill Lokali. Fil-preżent il-Kunsill ta’ Wied il-Għajn jopera minn bini ċkejken li mhuwiex aċċessibbli għal kulħadd. Apparti minn hekk dan il-post mhuwiex mgħammar b’sala tal-komunità u faċiliatjiet oħra.
Dan kollu se jkunindirizzat bil-bini amministrattiv ġdid li se jinbena fuq l-art li għaddiet għand il-Kunsill illum.
Is-SegretarjuParlamentari qal li l-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet isostni bil-fatti ’l dawk il-Kunsilli Lokali li jistinkaw biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. Jason Azzopardi nnota kif għal dan il-Ġnien, il-Kunsill se jħallas l-ammont ta’ €1,000 kera fis-sena, filwaqt li l-valur kummerċjali tal-istess art huwa ta’ €50,000 kera fis-sena. Dawn mhumiex fondi mitlufa mill-Gvern, iżda huma fondi investiti fil-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna.
Jason Azzopardigħalhekk feraħ lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il- Għajn li qed jidħol għal dan il-proġett ambizzjuż. Huwa qal li l-Gvern dejjem joffri s-sostenn tiegħu għal proġetti li jagħmlu d-differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-familji.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow