Left arrow Go Back

L-ECOFIN JIDDISKUTI L-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA FIL-QASAM TAT-TASSAZZJONI

pr2109
Date Icon 16/11/2010
Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u InvestimentTonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqtil-laqgħat, il-Ministri se jiddiskutu fost l-oħrajn il-proposti għal Direttiva tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, is-sistema tal-VAT fuq l-assigurazzjoni u s-servizzi finanzjarji, ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2009, il-finanzjament tal-bidla tal-klima u se jagħtu segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ottubru kif ukoll għas-Summit tal-G20 li sar il-ġimgħa li għaddiet fil-Korea t’Isfel.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow