KOMMEMORAZZJONI TFAKKAR IL-MALTIN LI NQATLU FUQ IL-FRONT TAL-PUNENT
| Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru | 2010, l-Ambaxxatur ta’ Malta, l-E.T. is-Sur. Pierre Clive Agius, mexxa kommemorazzjoni għas-suldati Maltin li nqatlu fuq il-Front tal-Punent matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja saret fuq il-mafkar militari ta’ Ploegsteert. Dan hu mafkar għas-suldati li m’għandhomx qabar magħruf. Fuq dan il-mafkar, hemm imnaqqax l-isem ta’ Bernard Fredrick Paul Bernards. Bernards kien l-ewwel Malti li nqatel fuq dan il-Front tal-Punent. Minn riċerka li għamlet l-Ambaxxata jirriżulta li hemm mill-inqas seba’ suldati Maltin li nqatlu fuq il-Front tal-Punent. |
| Din kienet l-ewwel darba f’din | il-parti tad-dinja li saret kommemorazzjoni speċjalment għas-suldati Maltin. L-Ambaxxatur kien akkompanjat mill-Kaptan James Grixti u mis-Sur Frankiln Mamo, is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Maltin fi Brussell. Kien hemm ukoll preżenti għaċ-ċerimonja is-Sindku ta’ Ploegsteert, is-Sur Gilbert Deleu, kif ukoll delegazzjoni mill-Commonwealth War Graves Commission. |
| Speċifikament għal din | il-kommemorazzjoni ittellgħet il-bandiera Maltija u ndaqq il-last post. Wara minuta ta’ silenzju, d-delegazzjoni Maltija poġġiet kuruni tal-fjuri b’tifkira tal-Maltin kollha li tilfu ħajjithom fuq il-Front tal-Punent fiż-żewġ gwerer dinjin. |
Second LietenantBernard Fredrick Paul Bernard tat-Tieni Battaljun tar-Royal Warwickshire Regiment, inqatel fl-azzjoni madwar Ploegsteert fil-Belġju fil-21 ta' Diċembru 1914 meta kellu biss 20 sena. Huwa wieħed minn ħafna suldati li tilfu ħajjithom u li m'għandhomx qabar magħruf.
Matul id-diskussjoni li l-Ambaxxatur Agius kellu mas-Sindku Deleu ġiet esplorata l-possibilità li fl-okkażjoni taċ-ċentenarju mid-dikjarazzjoni tal-Ewwel Gwerra Dinjija tliet snin oħra, jitwaqqaf mafkar għall-Maltin li tilfu ħajjithom. Għal dan il-għan l-Ambaxxata tixtieq tappella lil kull minn għandu xi informazzjoni fuq Maltin li mietu fuq il-Front tal-Punent biex jgħaddiha lill-Ambaxxata fuq maltaembassy.brussels@gov.mt.
F’jum l-Armistizzju, il-11 ta’ Novembru 2010, L-Ambaxxatur ta’ Malta pparteċipa ukoll fiċ-ċerimonja li ssir kull sena f’Menin Gate ġewwa Ieper, fill-Fjandri. Kien propju fl-għelieqi madwar Ieper li ġie użat għall-ewwel darba il-gas velenuż. It-tradizzjoni li jintlibes il-peprin f’jum l-Armistizju taf l-oriġini tagħha propju f’dan ir-regjun kif jispjega Lieutenant Colonel John McCrae fill-poeżija emozzjonali tiegħu ‘In Flanders Fields’ li kiteb fit-8 ta’ Diċembru 1915.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003