Left arrow Go Back

WHERE I BELONG – KONFERENZA DWAR IL-FOSTERING: 193 TIFEL U TIFLA JIBBENEFIKAW MIS-SERVIZZ TA’ FOSTERING

pr2102
Date Icon 15/11/2010
Bħalissahawn 193 tifel u tifla jibbenefikaw mis-servizz tal-fostering li 121 minnhom kienu milqugħa f’familji ta’ persuni li ma kienux relatati magħhom.
Danqalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta kienet qed tindirizza l-konferenza « Where I Belong » li kienet organizzata fuq inizjattiva ta’ Bernard Grima membru tal-Power4Youth, flimkien mal-Fostering Team fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u NFCAM – l-Assoċjazzjoni tal-foster carers Maltin.
L-iskopewlieni tal-konferenza kien biex l-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ jiddiskutu flimkien, jifhmu u jaraw kif din l-esperjenza tal-fostering tista’  tkun waħda aktar pożittiva għal kull membru fil-familja.
B’modprattiku il-konferenza wriet kif il-fostering family tista’ tissaħħaħ u kif il-membri tagħha jistgħu jieħdu aktar ħsieb xulxin.
Dinil-konferenza timmarka pass sinifikanti ieħor fil-mixja ‘l quddiem biex jikber is-servizz tal-fostering f’Malta u Għawdex.   Mixja li rat il-bidu tagħha madwar erbatax-il-sena ilu.  Ma kienitx mixja faċli.  Dak iż-żmien, f’Malta ma kienx hawn għarfien dwar x’inhu il-fostering, x’impenn jinvolvi li wieħed jiftaħ il-familja tiegħu biex jagħti servizz lil tfal u familji fi bżonn ta’ għajnuna.
Forsi ftit kienu jaħsbu u jemmnu li l-fosteringkien se jrabbi l-egħruq u jagħti riżultati f’pajjiżna. L-istatistika turi li matul dawn is-snin, ‘l fuq minn 300 tifel u tifla trabbew ma’ foster families.
Fl-elfdisa’ mija u sitta u disgħin (1996),  is-sena li rat il-bidu uffiċjali ta’ din il-ħidma fostna, in-numru ta’ tfal fostered kien dak ta’ 29.  Sena wara l-oħra, il-ħidma kompliet tissaħħaħ u n-numru ta’ tfal fostered baqa’ jikber.  L-aħħar statistika, dik maħruġa f’Ottubru ta’ din is-sena, tindika li n-numru totali ta’ tfal u żgħażagħ li qed jibbenefikaw mis-servizz tal-fostering huwa dak ta’ 193.  Minn dawn, 95 huma subien u 98 huma bniet.  72 minn dawn it-tfal u żgħażagħ qed jiġu fostered minn persuni li jiġu minnhom, bħalma huma aħwa kbar, zijiet u  nanniet. Il-kumplament, 121, qed jiġu fostered minn familji li ma jiġux minnhom.
Il-Ministru Cristina sostniet li dan is-suċċessfil-qasam tal-fostering kien riżultat ta’ ħidma sfieqa u determinanti min-naħa ta’ kull min kien involut biex dan is-servizz jirnexxi.  Din il-ħidma kienet tinkludi kampanji ta’ tagħrif fuq mezzi tax-xandir : radju, televiżjoni, artikli f’gazzetti, numru sostanzjali ta’ korsijiet ta’ taħriġ għal foster carers prospettivi li wrew interess fil-fostering, rapporti ta’ assessment u evalwazzjoni tal-persuni li spiċċaw il-kors inizjali ta’ taħriġ biex finalment jiġu preżentati quddiem il-Bord tal-Fostering għall-approvazzjoni tiegħu kif ukoll ħidma intensiva biex il-foster carers jiġu mogħtija l-gwida u s-sapport meħtieġ fil-ħidma tagħhom.
Il-laqgħat tas-support groups miżmuna darbaf’xahar kienu wkoll sors importanti biex tissaħħaħ l-għaqda u s-sapport bejn il-foster carers.  Kull tifel u tifla li ġew fostered kienu segwiti b’mod intensiv.  Apparti żjariet fid-djar tal-foster carers jibqgħu jsiru wkoll, b’mod regolari laqgħat u diskussjonijiet bejn il-professjonisti flimkien mat-tfal u l-foster carers, biex jiġi formulat Care Plan li jħares l-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-fostering.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familjaf’isimha u f’isem il-Gvern Malti rringrazzjat mill-qalb lil kull min qed jgħin f’dan il-qasam għall-kontribut kbir li qed jagħtu lil dawn it-tfal u żgħażagħ u finalment lis-soċjeta’ Maltija.  Kontribut imprezzabbli.  Dawn in-nies qed jipprovdu l-esperjenza ta’ familja lil tfal u żgħażagħ li għal raġunijiet differenti, ma jistgħux jitrabbew fil-familji naturali tagħhom.
Il-Gvernjemmen u jsostni dak li hemm indikat fil-konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal:  dawn għandhom dritt fundamentali li jgħixu f’familja u hu determinat li jkompli jagħti l-kontribut tiegħu kemm f’dak li jinvolvi żvilupp ta’ servizzi, kif ukoll billi jagħti għajnuna finanzjarja lill-familji li jidħlu għall-missjoni tal-fostering biex jgħinhom ikomplu l-ħidma tagħhom.
Fil-futur qarib, il-Gvern se jkompli jaħdem id f’idmal-Aġenzija Appoġġ u mal-Assoċjazzjoni tal-foster carers NFCAM biex jiżgura li jiġu milħuqa l-miri stabbiliti fil-pjan tal-Gvern dwar il-fostering.  Diġa’ intlaħqu miri importanti fosthom li tfasslet il-liġi tal-fostering permezz ta’ l-Att dwar il-Foster Care fis-sena 2007.  Żdied in-numru ta’ social workers fil-fostering team, ġie miżjud l-ammont ta’ Child in Care Benefit li tela’ minn 40 ewro fil-ġimgħa għal 70 ewro fil-ġimgħa.  Fl-aħħar baġit ġiet dedikata s-somma ta’ €400,000 biex ikompli jissaħħaħ dan is-servizz.
Il-Ministru Cristina reġgħet irringrazzjat lill-foster carers, lill-ħaddiema soċjali li jagħtuhom sapport u lit-tfal u żgħażagħ li qed irabbu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow