Taħdita dwar il-persuni b’diżabilità: Education 16+, Employment & Independent Living
| L-Onor. Stephen Spiteri, | Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja attenda preżentazzjoni dwar il-persuni b’diżabilità bit-titlu Education 16+, Employment & Independent Living – Paceville – 12 ta’ Novembru 2010. |
| Il-ħidma favur persuni | b’diżabilità, mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u l-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu, ma tieqaf qatt. |
Edukazzjoni
- F’dawn l-aħħar snin il-Gvern iffoka fuq il-bżonnijiet tat-tfal b’diżabilità mhux biss mil-lat ta’ infrastruttura tal-iskejjel speċjali li issa saru Ċentri ta’ Riżorsa, iżda wkoll billi żied ir-riżorsi li hemm bżonn biex dawn il-persuni jkomplu jikbru fl-ambizzjonijiet tagħhom, kif ukoll saħħaħ is-servizzi li jingħatawlhom li jikkumplimentaw dak li jkunu qed jirċievu fil-klassi.
- Saru serje ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ kemm għall-għalliema li jgħallmuhom u jgħinu lil dawn l-istudenti matul il-ħinijiet tal-iskola iżda saħansitra, anke għall-ġenituri biex ikunu jistgħu jassistu lil uliedhom fi programmi oħra. Dawn huma żgur ta’ benefiċċju għat-tfal b’diżabilità mhux biss fl-aspett akkademiku tagħhom iżda speċjalment, fl-iżvilupp indipendenti u l-kisba ta’ ħiliet bażiċi li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivili.
- Ir-riforma fl-Iskejjel Speċjali kienet il-fulkrum ta’ moviment kontinwu biex jiġi assigurat l-iżvilupp ħolistiku tal-persuna biex kull student igawdi mill-avvanzi kbar li seħħew fil-qasam edukattiv. Lill-istudenti rriduhom igawdu mill-iskejjel ġodda tagħna u rridu wkoll li kull wieħed u waħda minnhom ikollhom l-opportunità li jesperjenzaw il-livelli differenti fil-ħajja edukattiva li trid twassalhom ikunu ċittadini attivi fil-komunità fejn jgħixu u fil-ħajja ekonomika tal-pajjiż permezz tax-xogħol.
- M’hemmx dubbju li fil-qasam tal-Inklużjoni hemm ħafna sfidi u biex tassew nagħtu servizz ta’ kwalità jeħtieġ li jkollna riżorsi (kemm umani u materjali) ta’ kwalità.
- Ir-riforma fil-mixja mill-primarja għas-sekondarja u dik tal-iskejjel speċjali bdiet tiġi implimentata minn f’Marzu 2010. Fil-fatt, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika l-erba’ skejjel speċjali fetħu l-bibien tagħhom bħala Ċentri ta’ Riżorsa u f’kull ċentru bdew jattendu tfal skont l-età tagħhom.
- Fic-ċentru sekondarju u f’dak post sekondarju bdew jiġu mgħallma programmi adattati għall-età tal-istudenti, jiġifieri fil-Guardian Angel Secondary Education Resource Centre qed jitħaddem programm sekondarju biz-żieda ta’ suġġetti bħal Home Economics, Science, Design and Technology u IT. L-istudenti f’dan iċ-Ċentru qed igawdu wkoll minn laboratorji attrezzati.
- F’Dun Manwel Attard Young Adult Education Resource Centre ġie mfassal u beda jiġi implimentat programm iffukat aktar fuq ħiliet personali u vokazzjonali biex jgħin aktar lill-istudenti jidħlu fid-dinja tax-xogħol. F’dan ic-Ċentru sar ukoll tibdil stutturali biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-programm kif ukoll biex tittejjeb l-aċċessebilità.
- Din ir-riforma mhux biss toffri benefiċċji għall-istudenti f’dawn iċ-Ċentri għax qed igawdu min tisħiħ ta’ programmi skont l-età u l-kapaċitajiet personali tagħhom iżda qed jibbenefikaw ukoll l-għalliema u studenti bi bżonnijiet speċjali li qegħdin fl-iskejjel mainstream. Dan għaliex dawn iċ-Ċentri qegħdin jiġu żviluppati bħala riżorsa għal min għandu bżonn għajnuna biex ikun jista’ jinkludi tfal bi bżonnijiet individwali fl-iskola.
- F’San Miguel Primary Education Resource Centre qed jattendu 16-il student/a u qed jingħata servizz lill-30 tifel u tifla li jattendu għall-Multi Sensory Programmes.
- Fil-Guardian Angel Secondary Education Resource Cantre jattendu 33 student ta’ età sekondarja. Min-naħa l-oħra, f’Helen Keller Secondary Young Adult Education Resource Centre qed jattendu 30 student ta’ età sekondarja u post sekondarja. F’Dun Manwel Attard Young Adult Education Resource Centre jattendu 80 student.
- Iċ-Ċentri ta’ Riżorsa se jibdew jiffurmaw parti mis-sistema tal-Kulleġġi u allura dan se jkun ifisser li jibdew igawdu mill-istrutturi ġodda fi ħdan l-istess Kulleġġi u għaldaqstant mis-servizzi u t-tim professjonali fil-Kulleġġi.
- Din ir-riforma rridu nħarsu lejha bħala waħda f’sensiela ta’ bidliet oħra li qed iseħħu u għandha tkun f’sinerġija ma’ dawn ir-riformi u fosthom insemmi dik tat-Transizzjoni mill-Iskejjel Primarji għal dawk Sekondarji u l-Istrategija għall-Kisba ta’ Ħiliet Bażiċi fl-Edukazzjoni Primarja.
- Madankollu, barra r-Riforma fl-Iskejjel Speċjali, ma nistax ma nsemmix is-servizzi li jingħataw across the baord lil studenti li jew ibatu minn xi diżabilità, jew li għandhom xi problemi fl-imġieba tagħhom jew anke dawk li għandhom diffikultajiet fil-proċess tat-tagħlim, magħrufa aħjar bħala learning difficulties.
- Dawn l-istudenti huma wkoll prijorità tagħna biex ngħinuhom jimxu dejjem il-quddiem fl-istudji tagħhom. Dan qiegħed isir kemm b’appart teknoloġiku kif ukoll permezz tas-servizzi li joffri id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti u t-tim professjonali li jħaddan.
Autism
§ Id-Dipartiment jieħu ħsieb ukoll is-servizz ta’ sapport għal tfal bl-autiżmu permezz tal- Autism Spectrum Support Team. Dan huwa tim ta’ tlett persuni speċjalizzati li qed jilqa’ studenti referuti għandu u jgħin lill-edukaturi u lill-ġenituri biex jilħqu l-bżonnijiet edukattivi individwali tal-istudenti bl-awtiżmu. Sal-lum, 120 student qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Inspire
§ Il-Programmi tal-Inspire huma wkoll opportunitajiet għal tfal bi bżonnijiet individwali. Dan is-servizz huwa possibli wara li nltaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Inspire għall-għoti ta’ program lil dawn it-tfal. 260 tifel u tifla qed igawdu minn dawn il-programmi. Permezz ta’ dawn il-programmi, l-istudenti b’diżabbilità jitħarrġu f’ħiliet u aspetti aktar soċjali sabiex dawn ikunu jistgħu jiksbu l-indipendenza tagħhom. Fost l-iskills li jitgħallmu t-tfal f’dawn il-programmi nsibu kif għandom jipparteċipaw fi gruppi, kif jikkomunikaw mal-oħrajn, kif ikunu aktar organizzati u kif jaffaċċjaw sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Deaf People Association u Equal Partners
§ Bħalissa il-Gvern qiegħed ukoll f’diskussjonijiet mad-Deaf People Association (Malta) u l-organizzazzjoni volontarja Equal Partners Foundation – it-tnejn imsieħba f’din il-Federazzjoni - biex jiġi ffirmat ftehim li jwassal biex aktar tfal u studenti jibbenefikaw mis-servizzi ta’ dawn l-organizzazzjonijiet.
§ Id-Deaf People Association tagħti servizz mill-aqwa lil tfal li huma neqsin mis-smiegħ biex ikunu jistgħu jistudjaw u jsewgu programmi f’istituzzjonijiet edukattivi permezz tal-interpreting tal-lingwa tas-sinjali. Huwa pjaċir tiegħi li nsemmi li qed ikollna studenti neqsin mis-smiegħ li qed isegwu anke korsijiet fl-Università permezz ta’ din l-għajnuna li jħallas għaliha l-Gvern. Min-naħa l-oħra il-Fundazzjoni Equal Partners toffri wkoll programmi individwali għal tfal b’diżabilità fuq livelli differenti, skont il-bżonnijiet tal-persuna li qed tirċievi l-għajnuna.
ACTU
§ Matul l-2010 l-Access to Communication and Technology Unit (ACTU) assessja mal-152 student u provdilhom għajnuna u sapport biex jgħinhom ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, minkejja id-diffikultajiet severi tagħhom.
- Meta nitkellmu fuq l-għajnuna u t-tijib fil-kundizzjoniet tax-xogħol fil-qasam tat-tagħlim ta’ persuni b’diżabilità, inkunu qegħdin nirreferu għal dik l-għodda kollha li tingħata kemm lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema biex l-esperjenza edukattiva ta’ dawn it-tfal tkun waħda ta’ suċċess. L-għodda u r-riżorsi speċjalizzati jgħinu wkoll lill-għalliema li permezz tagħhom ikunu jistgħu jwasslu tagħlim aktar speċjalizzat, skont il-bżonnijiet tat-tfal.
Tagħmir Speċjalizzat għall-iSkejjel tat-Tfal bi Bżonnijiet Speċjali
- Fil-fatt, ħsibna fl-istudenti tagħna li qed jattendu fi skejjel tat-tfal bi bżonnijiet speċjali, fejn tqassmu riżorsi teknoloġiċi b’investiment ta’ madwar 46,000 Ewro.
- Dawn jinkludu:
- 15-il TFT touch monitor fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex;
- 32 ‘Clicker 5’ u 90 liċenzja addizzjonali kif ukoll booklets għal training;
- 60 Boardmaker Plus
- 5 Speaking Dynamically Pro
- 25 Switch It Maker 2
- Dan hu kollu tagħmir speċjalizzat biex jgħin l-istudenti bi bżonnijiet speċjali jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom fl-esperjenza edukattiva tagħhom, kif ukoll biex jgħinu lill-għalliema u LSAs meta jkunu qed jgħallmu u jassistu lil dawn it-tfal.
- U dan mhux biżżejjed. Bħalissa qed jiġi aġġudikat tender ta’ hardware u software għal studenti bi bżonnijiet individwali edukattivi għaċ-ċifra ta’ 68,000 Ewro.
- Bejn Marzu 2010 u Ottubru 2010, l-eLearning Centre wettaq sessjonijiet ta’ taħriġ lill-għalliema u LSAs fi 58 skola u ċentri ta’ riżorsi. Minn dawn is-sessjonijiet, gawdew 330 għalliem/a u LSAs.
Learning Support Assistants fl-Iskejjel Privati u Taħriġ
§ Is-sena l-oħra introduċejna l-iskema ta’ għajnuna għal tfal li jattendu skejjel privati u li jeħtieġu s-servizz ta’ LSA. Dan kien possibli grazzi għall-investiment ta’ 200,000 Ewro tal-Gvern f’dan is-settur. Minn dawn is-servizz, gawdew 53 student li qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ 29 LSA li qed joffru s-sapport tagħhom f’6 skejjel privati.
§ Ma naqasx ukoll it-taħriġ lill-LSAs, il-Kapijiet u l-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel regolari u l-Peripatetic Teachers fiċ-Ċentri ta’ Riżorsa sabiex jiġi assigurat l-aħjar servizz u sabiex nippromovu inklużjoni sħiħa fl-iskejjel tagħna.
§ Matul is-sena 2010, ingħata taħriġ lill-LSAs il-ġodda li bdew jaħdmu mad-Dipartimenti Servizzi għall-Istudent. Dan seħħ fuq firxa ta’ 10 ġimgħat u erba’ ġimgħat Practice Placement.
§ 435 S/LSA oħra li kienu lestew l-ewwel kors ta’ 10 ġimgħat ukoll qed jingħataw taħriġ mifrux fuq 20 ġimgħa, erba’ ġimgħat Practice Placement u eżami finali. Ftit ġranet ilu (28 ta’ Ottubru 2010), bdew sessjonijiet ta’ taħriġ għal 60 Kap ta’ Skola/ Assistent Kap ta’ skola.
§ Permezz ta’ dan it-taħriġ l-LSAs huma iżjed kwalifikati biex jagħtu l-għajnuna lill-istudenti li jaħdmu magħhom u il-Kapijiet tal-iskejjel u l-Assistenti Kapijiet huma iżjed aġġornati dwar is-servizzi li dejjem qed jiżdiedu biex ngħinu l-istudenti bl-aħjar mod possibli.
Il-ħidma tagħna b’risq il-persuni b’diżabilità ma tieqafx biss fl-edukazzjoni.
L-Aġenzija Sapport
| L-għan tal-Aġenzija | SAPPORT, huwa li taħdem ma persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom biex tassigura li jkollhom il-mezzi, opportunitajiet u servizzi biex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-ħajja fil-komunità. B’dan il-għan l-Aġenzija toffri servizzi ta’ sapport fil-Komunità li jinkludu assistenza personali, interventi soċjali, servizzi ta’ riżorsi u servizzi ta’ ħidma soċjali. |
| L-Aġenzija għandha wkoll | residenzi fil-komunità li joffru akkomodazzjoni permanenti għall-klijenti. Dawn jinkludu r-residenzi ta’ Djar Vajrita (1el Sular) u Vajrita (2ni Sular) f’Marsaskala, Villino Maria fl-Imtarfa, Dar Andrew f’ Bormla u d-djar residenzjali fil-Fgura u f’Ħal Kirkop. |
| L-Aġenzija qed tikri | wkoll żewġ appartamenti f’Birżebbuġia mill-Awtorità tad-Djar sabiex jintużaw bħala residenza għal tfal b’diżabilità li qegħdin f’riskju, f’ dan ir- rigward l-Aġenzija għadha qed tistenna għall-fondi rekorrenti biex ikun jista’ jinbeda dan is-servizz. |
Il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija SAPPORT, permezz ta’ kollaborazzjoni mal-ETC jaħdmu bis-sħiħ ma’ persuni b’diżabilità li qed ifittxu mpjieg. Inoltre, fiċ- Ċentri ta’ Matul il- Jum issir ċertu taħrig bħall Indepedent Living Skills, Basic Literacy, taħriġ fuq IT u Pottery, li jgħinu biex il persuna tkun iktar preparata għad dinja tax- xogħol. B’dan l-impenn f’moħħna, fi ħdan l-FSWS beda l-Proġett ME2 – ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja.
Il-Proġett ME2
| Dan | il-proġett beda joffri s-servizzi fl-aħħar tas-sena li għaddiet permezz ta’ għajnuna diretta lil persuni b’diżabilità li talbu l-assistenza ta’ l-istess proġett. Bħalissa qed jilħaq 350 persuna b’diżabilta, 105 li jinsabu fic-Ċentri ta’ Matul il-Jum u li għalhekk jirċievu s-servizz fl-istess ċentru u 245 li jġħixu fil-kommunità u għalhekk Sapport Workers tal-Proġett qed iżuruhom f’darhom u jofrulhom it-taħriġ neċessarju sabiex jiġu megħjuna jiksbu ħiliet li jgħinuhom jintegraw sew fis-soċjetà kif ukoll fid-dinja tax-xogħol. |
| Biex | il-proġett jilħaq l-iskopijiet tiegħu ġew ingaġġati 20 support worker, 4 trainers u occupational therapist flimkien ma’ amministrattur. S’issa diġà tniedu diversi inizjattivi – fosthom taħriġ intensiv u qed jiġu esploratati diversi possiblitajiet ta’ job placement. Il-proġett miexi ġmielu u għandu quddiemu sena intensiva biex jitkomlpu jintlaħqu il-miri mfassla. Fl-14 ta’ Diċembru ta’ din is-sena ser tinżamm konferenza fejn il-persuni li qed jibbenefikaw mill-proġett ser ikunu il-protagonisti. |
| Bl-għan | li tintroduċi aktar persuni b’ diżabilità fid-dinja tax- xogħol, l-Aġenzija tikkollabora wkoll mal-KNPD. Wieħed mill-proġetti li ġew diskussi f’dawn l-aħħar snin kien dak ta’ impieg issapportjat. Hija ix-xewqa tal-Aġenzija li tipparteċipa fl-iżvilupp ta’ servizz bħal dan biex anke persuni li forsi mhux adatt għalihom l-impjieg miftuħ ikollhom huma wkoll possibiltà ta’ xogħol permezz ta’ din l- iskema. |
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità
Matul din l-aħħar sena, il-KNPD kompliet taħdem fuq it-Taqsima Ħajja Indipendenti u s-Servizzi għall-Ħajja Indipendenti, li għalihom ġabet fondi mill-Unjoni Ewropea, rispettivament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond Strutturali Ewropew.
- Tkomplew l-aħħar xogħolijiet fuq il-bini tat-Taqsima Ħajja Indipendenti f’Ħal Far u mistenni li din it-taqsima tkun tista’ tibda tintuża lejn April ta-sena d-dieħla. Bdejna nirċievu l-apparat assistiv li se jkun parti mill-Equipment Demonstration Centre ġo l-istess taqsima biex jassisti aħjar lil dawk il-persuni li sabiex ikunu indipendenti għandhom bżonn ċertu apparat speċifiku. Huwa maħsub li madwar 400 persuna fis-sena ser tagħmel użu minn din il-faċilità sabiex isir assessjar tal-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità speċjalment għal dawk li għandhom problemi ta’ mobilità.
- Apparti l-bini ta’ din it-taqsima, l-KNPD bdiet tofri korsijiet immirati lil professjonisti fis-settur fosthom Occupational Therapists, Physiotherapirs u driving instructors. L-għan huwa li nsaħħu t-tagħrif ta’ dawn il-professjonisti li jaħdmu direttament ma’ persuni b’diżabilità sabiex ikollhom iktar ħiliet biex imexxu lil persuni b’diżabilità għal ħajja aktar indipendenti fil-komunità u fuq il-post tax-xogħol. Sa llum, attendew għal dawn il-korsijiet 3 driving instructors u 53 occupational therapists u physiotherapists. Il-korsijiet ivarjaw, hemm korsijiet fuq kif persuni b’diżabilità jistgħu jsuqu, assistenza għal min juża siġġu tar-roti, kif jintuża ċertu apparat u kif issir analiżi tal-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità etc... Il-korsijiet se jkomplu sa Marzu 2011.
Allowance għal Tfal b’Diżabilità
Din hija allowance għal tfal b’diżabilità severa skont il-Liġi dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Din l-allowance mhix suġġetta għall-eżami tal-mezzi u r-rata u tingħata mit-twelid sal-età ta’ sittax-il sena waqt li persuni b’vista batuta jirċievu din l-allowance sal-età ta’ 14-il sena (l-età meta jikkwalifikaw għall-pensjoni tal-persuni b’diżabilità).
Pensjoni għall-Persuni b’Diżabilità
| Għal dawk | il-persuni b’diżabilità li huma akbar minn 16-il sena hemm il-Pensjoni għall-Persuni b’Diżabilità. Fil-każ ta’ persuni b’vista batuta, din il-pensjoni tibda tingħata mill-età ta’ 14-il sena ’l fuq. L-applikant irid jikkwalifika skont eżami tal-mezzi. |
| Persuna | b’diżabilità li tirċievi l-pensjoni tista’ żżid id-dħul tagħha mingħajr ma titlef xejn mill-pensjoni, billi taħdem sakemm dawn it-tnejn flimkien ma jaqbżux il-paga minima nazzjonali. Jekk il-persuna b’kollox taqla’ aktar mill-paga minima, il- pensjoni tonqos pro-rata, jiġifieri aktar ma taqbeż il-paga minima, aktar tonqos il pensjoni. |
| Awtorità | tad-Djar |
| Għajnuna finanzjarja għal xogħlijiet ta’ titjib | f’residenzi ta’ persuni b’diżabilità u l-installazjoni ta’ lift/stairlift |
| Wieħed jista’ | japplika għand l-Awtorità tad-Djar għal għotja ta’ flus bil-għan li d-dar fejn qed jgħix tiġi tajba għad-diżabilità tiegħu jew ta’ xi membru tal-familja tiegħu. L-għajnuna fi flus tiġi mogħtija biss biex tgħin l-applikant jagħmel xi xogħlijiet ta’ rranġar fil-post biex jiġi adattat skont il-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità fosthom assistenza għal tibdil generali, aċċess għall-kmamar, bibien u twieqi, turġien, kċejjen u kmamar tal-banju kif ukoll għall-installazzjoni ta’ lifts jew stair lifts. |
| L-Awtorità wkoll għandha programm sabiex tinstalla | lifts fi blokki tal-Gvern eżistenti sabiex issaħħaħ l-aċċessibilità ta’persuni b’diżabilità jew bi problemi ta’ mobilità li jgħixu f’dawn il-postijiet. |
| Fl-iskemi li toħroġ fejn l-ewwel xerreja jistgħu | jixtru postijiet bi prezz issusidjat l-Awtorità dejjem tagħti prijorità lil persuni b’diżabilità billi normalment tqassam l-ewwel 10% tal-postijiet lil dawn il-persuni. Fl-istess waqt l-Awtorità qed dejjem tipprova tinstalla lifts f’postijiet ġodda fejn hu possibli. |
Xogħol
| Impenn ieħor tal-Gvern fil-qasam ta’ persuni | b’diżabilità huwa li nżidu l-opportunitajiet ta’ impjieg għal dawn il-persuni. Il-Kummisjoni għal Persuni b’Diżabilità qed tagħmel diskussjonijiet fuq proġett biex issaħħaħ l-opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur pubbliku. Barra minn hekk, diskussjonijiet għadejjin sabiex insaħħu aktar it-transiżjoni ta’ persuni b’diżabilità minn skejjel sekondarji għal edukazzjoni fil-livell post sekondarju. |
| Il-Gvern | qed jagħmel l-almu tiegħu biex jagħti aktar għajnuna lil min hu veru fil-bżonn. F’ dan il-kuntest l-ETC qed tagħmel ħafna xogħol biex tgħin persuni b’diżabiltà isibu x-xogħol u jintegraw ruħhom fis-soċjetà biex ikunu dejjem aktar dipendenti |
| Sa | Awissu ta’ din is sena nstab post tax xogħol għal 43 persuna b’ diżabiltà reġistrata u 23 oħra għal nies b’diżabilità mhux reġistrati. Ingħata wkoll taħriġ aktar minn 248 persuna b’ diżabiltà reġistrata u 34 oħra għal persuni b’diżabilità mhux reġistrati. |
| L-ETC | tagħti servizz personalizzat lil dawn in-nies u mill-bidunett , jiġifieri mal-ewwel darba li jirreġistraw qed tintuża sistema ta’ Personal Action Plan li bih dawn il-persuni jingħataw l- aħjar opportunitajiet fid-dinja tax-xogħol skont iċ-ċirkostanzi tagħhom. |
| Permezz | tal-Personal Action Plan l-ETC tista’ tibqa’ tgħin lil dawn in-nies anke wara li jinstabilhom xogħol biex jaraw il-progress tagħhom u tingħata l-aħjar għajnuna skont il-bżonnijiet tagħhom. Min Jannar sa Awwisu tal-2010 saru ’l fuq minn 144 Personal Action Plan ġdid kif ukoll ġew riveduti 888 pjan personali eżistenti. |
| Bħalissa | għaddejjin ukoll sensiela ta’ taħdidiet mar-Richmond Foundation u Inspire biex isir aktar xogħol f’dan il-qasam tant importanti. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003