Left arrow Go Back

TIKKETTA ĠDIDA TĦEĠĠEĠ LILL-KONSUMATURI JAGĦŻLU MAJJAL TA’ MALTA

pr2100
Date Icon 15/11/2010
Illum il-Ministrugħar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, nieda uffiċjalment tikketta ġdida tħeġġeġ lill-konsumaturi jagħżlu l-majjal ta’ Malta. Mil-lum ‘il quddiem se ssir aktar faċli biex il-konsumatur Malti jagħraf il-Majjal ta’ Malta. Dan minħabba li l-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta issa se jkun identifikat permezz tat-tikketta “Majjal ta’ Malta”.
It-tikketta se tkuntidher kemm fuq il-prodott lokali, kif ukoll, fil-forma ta’ sticker, imwaħħla mal-bibien u t-twieqi tal-bejjiegħa tal-laħam li jbiegħu l-majjal frisk ta’ Malta u prodotti magħmulin minnu. Dan għandu jipprovdi serħan il-moħħ u fiduċja lill-konsumaturi li jixtru l-prodott lokali.
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, GeorgePullicino qal li t-tibdiliet li l-produtturi tal-majjal ta’ Malta qegħdin jagħmlu flimkien, sabiex is-settur jibqa’ wieħed sostenibbli, huma rimarkabbli. “Dan intom qegħdin tagħmluh għax tagħrfu l-ħtieġa li kontinwament issir analiżi tas-suq u jsiru xi tibdiliet neċessarji sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumatur. Dan huwa fattur importanti, għax jekk jintlaħqu l-aspettivi tal-konsumatur, il-prodott ġenwin Malti jkun għalhekk għażla naturali għall-istess konsumatur.
Dr Oliver Frendo,General Manager tal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal qal li “l-konsumaturi għandhom id-dritt għall-għażla. S’issa, il-konsumaturi ma kienux jafu jekk il-majjal li jsibu għall-bejgħ hux impurtat jew majjal ta’ Malta. Iżda issa, b’din it-tikketta ġdida, se jkun eħfef għalihom li jidentifikawh”.  Huwa saħaq li “l-konsumaturi issa jistgħu jkunu ċerti li fejn jaraw it-tikketta “Majjal ta’ Malta”, jinbiegħ majjal imrobbi, maqtul u maħdum lokalment’’.
Minbarrat-tikketta, li se twassal għal distinzjoni aħjar bejn il-prodott lokali u dak importat, se tibda kampanja ta’ reklamar li se tqajjem għarfien fost il-konsumatur dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li b’ħidma flimkien mal-bejjiegħa tal-laħam, id-distributuri u l-proċessuri lokali, jiżdied il-konsum tal-Majjal ta’ Malta.
Il-kampanja se tinkludi wkoll tqassim ta’ riċettidifferenti mingħajr ħlas fl-istabbilimenti li jipparteċipaw fl-iskema. Fost dawn ir-riċetti se jkun hemm ukoll riċetti speċjali bil-majjal ta’ Malta li jistgħu jiġu msajra għat-tfal u għall-anzjani, kif ukoll riċetti għal min ibati bil-kolesterol, bil-pressjoni għolja jew bid-dijabete”.

Se jkun hemm ukoll reklamar fuq billboards, fuq it-televiżjoni u fuq il-gazzetti. Illum ukoll tnediet il-website www.majjaltamalta.com/ li fiha hemm informazzjoni dwar il-Majjal ta’ Malta, l-istabbilimenti li qed jipparteċipaw fl-iskema, kif ukoll riċetti u videos qosra dwar il-valur nutrittiv tal-majjal”.

Il-kampanja “Majjal ta’ Malta” mmexxija mill-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal, għandha l-appoġġ tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kif ukoll tal-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Laħam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow