Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor Lawrence Gonzi, Prim Ministru, fl-okkazjoni tal-ftuh ta' Night Shelter  fil-Kunvent Gesu Nazzarenu fiz-Zejtun.

pr2093
Date Icon 14/11/2010
Il-ftuħtan-night shelter taż-Żejtun għandu sinifikat qawwi għall-mod kif inħarsu lejn l-anzjani. Wara l-ftuħ ta’ dan in-night shelter hemm messaġġ ċar dwar il-kontribut li nemmnu li l-anzjani jistgħu jibqgħu jagħtu b’mod attiv lis-soċjetà tagħna.
Il-politika tal-Gvern dwar l-anzjani hija ċara:anzjani attivi huma ċentrali għal soċjetà b’saħħitha.
Għalhekk, nemmnu li l-anzjani għandhom jingħatawl-appoġġ kollu meħtieġ biex jgħixu ħajja indipendenti u ta’ kwalità fil-komunità tagħna.  Pajjiżna għandu bżonn l-għerf, l-esperjenza u l-valuri tal-anzjani tagħna. Nemmnu li l-anzjani jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom biex l-ekonomija u s-soċjetà tagħna jkomplu jimxu ‘l quddiem.
B’dinil-konvinzjoni, qed naħdmu biex noħolqu ambjent li fih persuna anzjana tkun tista’ tkompli tagħti l-kontribut tagħha lil pajjiżna. Dan mingħajr ma jittiefsu bl-ebda mod il-benefiċċji li ħaqqha tieħu wara s-snin twal ta’ servizz li tat lil pajjiżna.
Il-bidlaradikali li l-Gvern qed iwettaq fis-settur tal-anzjani huwa ffukat kemm fuq is-servizzi li joffri l-Gvern, kif ukoll fil-mod ta’ kif inħarsu lejn il-valur intrinsiku tal-bniedem.
Spiċċaż-żmien li l-edukazzjoni u t-taħriġ jitqiesu bħala oqsma limitati għaż-żgħożija. Il-bniedem qatt ma jieqaf jitgħallem. L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom funzjoni qawwija tul il-ħajja kollha tal-bniedem, kemm jekk huwa marbut max-xogħol u l-involviment komunitarju, u anke jekk huwa mmirat lejn l-iżvilupp sħiħ tal-persuna.
Sinjuri,nixtieq naqsam żewġ esperjenzi magħkom.
Aktarkmieni din is-sena, kelli l-opportunità nżur il-korsijiet ta’ filgħaxija organizzati għall-adulti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. Iltqajt ma’ anzjana li ta’ 70 sena ddeċidiet li tibda titgħallem tuża l-kompjuter. Qaltli li tixtieq titgħallem tuża t-teknoloġija biex tifhem dak li jkunu qed jgħidulha n-neputijiet tagħha meta jżuruha.
Anzjanieħor qalli li meta kien wasal biex jirtira, ħassu li tilef il-valur tiegħu bħala persuna. Iddeċieda jipprova l-Malti biex ikollu ċertifikat edukattiv għax ma kellux dik l-opportunità meta kien żagħżugħ. Kiseb dak iċ-ċertifikat, u din is-sena reġa’ applika għal kors ieħor, din id-darba fl-Ingliż.
Dawnl-istejjer huma xhieda tal-bidla li qed inġibu f’pajjiżna li trid timxi id f’id mal-inizjattivi u servizzi ġodda li qed noffru lill-anzjani.
Dinis-sena, minn 14,000 persuna, 1,057 anzjan u anzjana qed jipparteċipaw f’korsijiet offruti mid-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja.  95 minn dawn l-anzjani qed jistudjaw suġġetti relatati mal-IT bħal dik in-nanna li trid tikkomunika aħjar man-neputijiet tagħha.
Fi ftitjiem oħra, 19-il persuna ta’ aktar minn 60 sena se jiggradwaw mill-Università ta’ Malta, u bħalissa 58 anzjan u anzjana qegħdin jistudjaw fl-Università, l-aktar fl-oqsma tat-Teoloġija u tal-Arti.  Pajjiżna qed jinbidel.  Qed ibiddluh ukoll l-anzjani b’dak li jagħmlu.
L-esperjenza tal-anzjani hi importanti wkollgħall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna.  Illum l-anzjani jistgħu jaħdmu u jieħdu paga sħiħa wara l-età tal-irtirar u jieħdu paga u pensjoni sħiħa fl-istess ħin.
Il-bżonnli nħeġġu lill-anzjani biex jibqgħu attivi fid-dinja tax-xogħol hija aktar importanti meta nħarsu lejn l-istatistika u dak li mistenni jiġri fis-snin li ġejjin. Fl-2015, pajjiżna mistenni jkollu popolazzjoni ta’ ftit inqas minn 105,000 anzjan li għandhom aktar minn 60 sena. Dan għandu jiżdied għal aktar minn 150,000 sal-2050. Il-popolazzjoni Maltija qegħda tixjieħ; għalhekk irridu nħejju l-istrutturi kollha meħtieġa minn issa biex nilqgħu għal dan it-tibdil.
In-nightshelter taż-Żejtun hija ħolqa importanti fil-katina ta’ inizjattivi li qed nieħdu biex aktar anzjani jibqgħu attivi. Permezz tan-night shelter, l-anzjani jistgħu jibqgħu jgħixu ħajja indipendenti tul il-ġurnata, u jgħixu fil-kumpanija ta’ oħrajn matul il-lejl.
Sal-lum,anzjani li ma setgħux jgħixu waħedhom matul il-lejl, ma kellhomx għażla ħlief li jidħlu f’dar tal-anzjani. Il-proġett pilota li nedejna flimkien mas-Sorijiet tal-Kunvent ta’ Ġesù Nazzarenu juri li l-anzjani jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħna jekk jingħataw il-ftit għajnuna li jinħtieġu filgħaxija.  Hu pjanat li tul is-sena d-dieħla niftħu night shelter ieħor fil-Mellieħa.
Il-ħsieb ewlienitan-night shelter huwa l-istess bħal tad-day centres u s-servizzi kollha li l-Gvern jagħti lill-anzjani: is-solidarjetà u li nibnu soċjetà b’saħħitha. Fin-night shelters l-anzjani jsibu s-serħan il-moħħ li jeħtieġu mill-kumpanija ta’ oħrajn. Fid-day centres l-anzjani jiltaqgħu ma’ ħaddieħor u b’hekk jibqgħu attivi u motivati.
Dinis-sena ftaħna day centre fil-Mellieħa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali biex illum għandna 17-il day centre għall-anzjani madwar Malta kollha. 1,400 anzjan jipprattikaw il-ħiliet u l-passatempi tagħhom fid-day centres. Iċ-ċentri joffru wkoll servizzi ta’ fiżjoterapija, podoloġija, occupational therapy u programmi ta’ mixi.
Dan huwaeżempju ċar tal-mod kif permezz tas-solidarjetà l-anzjani fostna jibqgħu b’saħħithom kemm fiżikament kif ukoll fuq livell soċjali u emottiv.
Il-Gvern qed isaħħaħ is-servizzigħall-anzjani, fosthom il-Meals on Wheels, it-Telecare, il-HomeHelp, il-Handyman u l-Commcare.  Dawn is-servizzi kollha qed iwasslu lil aktar anzjani biex jibqgħu jgħixu ħajja indipendenti fis-soċjetà tagħna.
Il-valurta’ dawn is-servizzi mhuwiex limitat għall-persuni li jgawdu minnhom biss. Kull anzjan li jibqa’ attiv jista’ jibqa’ jagħti kontribuzzjoni lill-komunità tiegħu u jkun viċin il-familja tiegħu.
Huwa għalhekk ta’sodisfazzjon li aktar anzjani qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi.

Sinjuri,

Bil-ftuħ tan-nightshelter fiż-Żejtun, qed nuru l-impenn tal-Gvern biex l-anzjani jibqgħu fiċ-ċentru tas-soċjetà tagħna.  Flok bnejna binja u offrejniha lill-anzjani filgħaxija, ingħaqadna mas-Sorijiet tal-Kunvent ta’ Ġesù Nazzarenu, li huma parti integrali mill-komunità taż-Żejtun.  Ta’ dan nirringrazzjahom.  Fil-Mellieħa se nżewġu l-aspett komunitarju billi ninvolvu lill-Kunsill Lokali.
Irrid fl-aħħarnettnirringrazzja u nsellem lill-anzjani kollha għal dak kollu li tawna u dak li qed jagħtu lil pajjiżna.  Il-poplu tagħna grat lejkom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow