Ħidma tal-Gvern biex ikun faċilitat l-aċċess tan-nisa fid-dinja tax-xogħol
pr2083
12/11/2010
| Meta | kien qed ikellem lil delegati tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea li kienu qed jiltaqgħu f’Malta, l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Stephen Spiteri, semma d-diversi miżuri li ħa l-Gvern, partikolarment fl-aħħar tliet baġits, maħsuba biex iħajjru aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk ma jħossuhomx esklużi minħabba s-sess tagħhom. |
| Id-Deputat Parlamentari tkellem dwar Family | Friendly Measures bħalma huma t-teleworking, il-flexitime, il-leave tal-maternita’, kif ukoll il-ftuħ ta’ numru ta’ Ċentri għall-Kura tat-Tfal. Hu spjega kif dawn iċ-ċentri huma wkoll inċentiv biex akar nisa jersqu lejn id-dinja tax-xogħol u b’hekk tiżdied ir-rata tan-nisa fl-impjieg u jinħoloq bilanċ aħjar bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. |
| Fit-tliet baġits li għaddew, il-Gvern ħabbar numru | ta’ miżuri biex ikunu attirati aktar nisa lejn ix-xogħol. Fost dawn kien hemm it-tnaqqis sa massimu ta’ €1000 mid-dħul taxxabbli tal-ġenituri li jibgħatu ’l uliedhom f’child care centres reġistrati, kindergartens privati u ċentri fis-sajf. Barra minn dan, ommijiet li jibqgħu jaħdmu jew jirritornaw fl-impjieg wara ħames snin, jiffrankaw sena mill-income tax. |
| Employers | li jħallsu għas-servizzi ta’ child care tal-impjegati tagħhom jirċievu tnaqqis fuq id-dħul taxxabbli tagħhom. |
| Barra | minn dan kien introdott ukoll Klabb 3-16 fejn tfal fl-eta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena jattendu wara l-iskola tas-6.00 p.m. biex jekk għandhom ġenituri li jaħdmu, jkollhom fejn joqgħodu sakemm dawn jirritornaw mix-xogħol, f’ambjent san li jgħinhom jiżviluppaw kemm akkademikament kif ukoll soċjalment. |
| Hu | semma wkoll il-programm li tmexxa fl-iskola primarja ta’ Bormla li kien maħsub li jgħin tfal ġejjin minn ambjent vulnerabbli li fost l-oħrajn kien jinkludi l-ħolqien ta’ Breakfast Club u Homework Club u anke żjarat għand familji tal-imsemmija tfal biex ikunu megħjuna numru ta’ diffikultajiet soċjali li mhux biss jgħin fis-soluzzjoni għall-problemi tat-tfal imma wkoll jiffaċilitaw l-aċċess tal-ġenituri għad-dinja tax-xogħol. |
| F’dan | ir-rigward taw għajnuna imprezzabbli l-Aġenziji Appoġġ u Sapport, li huma preżenti b’mod permanenti fil-Kottonera fejn jeżistu numru ta’ problemi soċjali li aktarx huma aktar pronunzjati minn inħawi oħra f’Malta. |
| Din | l-attivita’ kienet parti minn programm ta’ Study Visit f’Malta minn membri tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jistudjaw l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq il-mara. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003