Left arrow Go Back

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

pr2082
Date Icon 12/11/2010
L-Awtorità ta’Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Applikanti eliġibblise jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’:
Assi ta’ Prijorità 4:‘Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima’
Settur: Enerġija –Din is-sejħa hija ristretta għall-interventi minn Entitajiet Pubbliċi bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u jiġu installati sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura ġewwa Għawdex. Aktar informazzjoni se tingħata fis-sejħa li ħa tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.
It-total indikattivtal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €5 miljuni.
Din is-sejħa hijaristretta BISS għal proġetti li MA JINVOLVUX implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat.
Applikantiprospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. Il-proposti għandhom jibqgħu fil-limiti tal-baġit tas-sejħa.
NB: Applikantiprospettivi huma ġentilment mitluba jinnotaw li minħabba n-natura tal-proġetti, jinħtieġ li jissottomettu fi żmien xahrejn mid-data tal-għeluq tas-sejħa, studju dwar Financial Feasibility għall-proġetti ta’ valur inqas minn € 1 miljun; jew Analiżi Cost Benefit għall-proġetti ta’ valur ta’ aktar minn € 1 miljun.
It-tnedija tas-sejħannifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjoni ta’ Informazzjoni se jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sejħa (inkluż il-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna, ladarba tiġi mnedija s-sejħa.

Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt jew billi tintbagħat posta elettronika fuq info.ppcd@gov.mt.

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti aktar żmien għat-tħejjija tal-proġetti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow