Left arrow Go Back

KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI TAT-TABLE FOOTBALL ‘WORLD GRAND MASTER’ F’GĦAWDEX

pr2075
Date Icon 12/11/2010
L-OnorGiovanna Debono, Ministru għal Għawdex, flimkien mal-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport il-bieraħ fil-għaxija indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw dettalji dwar il-kompetizzjoni internazzjonali tat-table football ‘World Grand Master’ li se tkun organizzata mill-Federation of International Sports Table Football (FISTF) u li se ssir f’Għawdex fis-27 u fit-28 ta’ Novembru.
Din hit-tieni attivita’ fi zmien xahar li se tkun qed tiġi organizzata f’Għawdex wara l-Gozo Grand Sprint u li wkoll se tibbenefika mill-fond għall-Għaqdiet Sportivi li jorganizzaw kompetizzjonijiet internazzjonali f’Għawdex.
Fid-diskors tiegħu l-Onor. Clyde Puli sostna liattivitajiet bħal dawn iservu bħala branding għall-gżira Għawdxija u fakkar kif għas-sena d-dieħla l-Gvern reġa’ ġedded dan il-vot għax jemmen fil-potenzjal t’Għawdex bħala destinazzjoni għal turiżmu sportiv.
L-OnorGiovanna Debono qalet li attivitajiet bħal dawn jattiraw lejn Għawdex parteċipanti ta’ kwalita’ li jissarfu f’turisti ta’ kwalita’. Hi żiedet li l-prodott turistiku Għawdxi joffri prospetti tajbin għall-għaqdiet sportivi li jtellgħu kompetizzjonijiet internazzjonali f’Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow