Left arrow Go Back

Jinħatru l-membri tat-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

pr2073
Date Icon 11/11/2010
Gew maħtura l-membritat-Tribunal ta’ Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.  Dawn inħatru wara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta parir lill-President George Abela, skond kif tipprovdi l-liġi l-ġdida li tirregola l-protezzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp u l-ippjanar. Skond din il-liġi l-ġdida, t-Tribunal għandu jkun magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom ikun persuna li hi kapaċi sew fl-ippjanar tal-iżvilupp jew fl-ambjent (li għandu jippresjedi) u avukat u perit.
It-Tribunal se jkuniffurmat minn membri li se jaħdmu għall-ewwel darba fuq bażi full-time. Il-membri ser jinħatru għall-perjodu ta’ erba’ snin bil-possibiltà ta’ terminu ieħor biss. Il-membri tat-Tribunal huma:
Chairperson:Perit Chris Falzon
Membri:Dott. Ramon Rossignaud

                                 Perit Jevon Vella

It-Tribunal jisma’appelli, fost l-oħrajn, fuq ippjanar tal-iżvilupp, jiġifieri mingħand l-applikant jew terza persuna interessata. Jisma’ wkoll appelli mingħand kwalunkwe persuna, jekk l-appell ikun fuq kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent.
It-Tribunal għandu wkollir-rwol li jieħu deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni fl-eżekuzzjoni ta’ permess relatat ma’ bini f’żona ’l barra mill-iżvilupp (ODZ), fuq proprjetà skedata (Grad 1 jew Grad 2) jew fejn hemm fdalijiet arkeoloġiċi kif ukoll fuq twaqqigħ ta’ bini fil-UCA (li jinkludi t-twaqqigħ tal-faċċata) jew siti protetti.
It-twaqqif ta’ danit-Tribunal huwa pass ieħor importanti fil-proċess tar-riforma tal-MEPA. Dan it-Tribunal għandu jgħin sabiex tiżdied il-konsistenza u l-effiċjenza fil-proċess ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp u dawk ambjentali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow