Tfal tal-Iskola f’Jum it-Tifkira
pr2068
11/11/2010
| Mijiet ta’ tfal mill-iskejjel | li jiffurmaw il-Kulleġġ San Ġorġ Preca dal-għodu ħadu sehem f’ċerimonja f’riġlejn il-Qanpiena tal-Assedju fil-belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira. |
| Iċ-ċerimonja bdiet | bil-kant tal-Innu Malti u sar qari mir-rumanz “Taħt in-Nar“ ta’ Ġuże Chetcuti, qari ta’ poeżiji u kant. |
| L-Assistant Parlamentari | fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Stephen Spiteri għamel kelmtejn tal-okkażjoni li fihom saħaq fuq l-importanza tal-istudju tal-istorja fl-iskejjel tagħna. Sostna li f’din iċ-ċerimonja infakkru lil dawk in-nies, kemm suldati kif ukoll persuni oħra li ħallew ħajjithom fil-gwerra biex jiddefendu l-pajjiżhom. Appella biex din it-tifkira tnissel fina sens ta’ paċi u twassal il-messaġġ li bl-imħabba nirbħu l-gwerer u minflok il-mibegħda għandna nfittxu li nnisslu l-imħabba. |
| Irridu napprezzaw kemm | l-antenati tagħna ħadmu u stinkaw biex illum aħna dak li aħna u allura għandna nkunu kburin bihom, nibqgħu niftakru fihom u nitolbu għalihom. L-Assistent Parlamentari Spiteri sostna li dawn l-attivitajiet kulturali qed jgħinu lit-tfal jiffurmaw karattru u jsiru ċittadini tajbin. |
| Wara sar talb | b’suffraġju għall-vittimi tal-gwerer u tpoġġew kuruni tal-pepprin fuq il-monument. Membri tal-Forzi Armati daqqew il-Last Post segwit minn minuta silenzju u d-daqq tar-Reveille. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003