UFFIĊJALI LI JINFURZAW IL-LIĠI TAL-IKEL JILTAQGĦU F’GĦAWDEX
| Fl-aħħar | jiem, f’Għawdex saret it-30 laqgħa tal-Forum għal dawk li jinfurzaw il-liġi dwar l-ikel. Din hija t-tieni darba li din l-organizzazzjoni qed tiltaqa’ fil-gżejjer Maltin, u l-ewwel darba fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Dan | il-Forum huwa organizzazzjoni li tilqa’ fiha l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea, pajjiżi membri fl-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles Ewropew kif ukoll pajjiżi kandidati. L-għanijiet ewlenin ta’ dawn il-laqgħat huma li uffiċjali li jaħdmu fl-infurzar tas-sigurtà fl-ikel, ikunu aġġornati dwar prattiċi ġodda u leġiżlazzjonijiet, kif ukoll li jkun hemm qsim ta’ esperjenzi bejn regolaturi minn stati Ewropej differenti. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali huwa rappreżentant f’dan il-forum, filwaqt li d-direttur is-Sur John Attard Kingswell, ilu membru fl-isteering committee ta’ dan il-forum għal dawn l-aħħar ħames snin. |
| Għal-laqgħa li din is-sena saret f’Għawdex, attendew | 37 parteċipant, li hija l-akbar konkorrenza kemm ilhom isiru dawn il-laqgħat. Jista’ jkun li l-għażla tal-post kienet effett pożittiv marbut ma’ dan l-interess. Il-parteċipanti faħħru l-organizzazzjoni u esprimew il-pjaċir tagħhom li żaru l-gżira sabiħa ta’ Għawdex. Din il-laqgħa ġiet iffinanzjata mill-Ministeru għal Għawdex, bl-għajnuna tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA). Ġie mqassam materjal promozzjonali dwar eko-Għawdex, li hija waħda mill-viżjonijiet tal-Gvern għas-sena 2015, u ħafna delegati wrew interess u staqsew dwar is-suġġett. |
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex indirizzat lill-parteċipanti fejn tkellmet dwar il-ħidma li ssir mit-Taqsima tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali f’Għawdex f’dak li huwa infurzar tal-liġi tas-sigurtà fl-ikel. Il-Ministru Debono enfasizzat l-importanza tas-sigurtà fl-ikel partikolarment fi gżira żgħira bħal Għawdex li hija dipendenti mit-turiżmu kemm dak intern kif ukoll dak barrani. Hija spjegat li wieħed mill-impenji kbar tal-Gvern huwa li jassigura s-sigurtà tad-drittijiet tal-pubbliku u tal-konsumatur. Il-Ministru wriet ukoll l-apprezzament tagħha għad-deċiżjoni tal-Forum li din is-sena ltaqa’ f’Għawdex.
Is-Sur Hans Jeuring, iċ-ċermen tal-Forum irringrazzja lil Ministru għall-għajnuna li offra l-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li esprima l-opinjoni li dawk li pparteċipaw ser ikunu ambaxxaturi li se jippromwovu s-sbuħija tal-gżira ta’ Għawdex.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003