STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT
pr2058
10/11/2010
Il-pjan ta’ ristrutturar tal-Air Malta qed jitfassal
| Il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u | Investiment jirreferi għal spekulazzjonijiet li dehru fil-mezzi tax-xandir u l-istampa f’dawn l-aħħar jiem, b’mod partikolari b’rabta mal-qagħda finanzjarja tal-kumpanija Air Malta u l-impjegati tagħha. |
| Il-Gvern jemmen li l-Air Malta | għandha rwol importanti ħafna għall-pajjiż. Għalhekk, il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex jassigura l-vijabilità tagħha. F’dan il-kuntest, spekulazzjonijiet dwar ċifri, jistgħu jservu biss ta’ ħsara fil-proċess ta’ tfittxija tal-aħjar soluzzjonijiet biex il-kumpanija terġa’ taqbad ir-rotta tas-sostenibbiltà. |
| Dan huwa moment sensittiv għall-Air | Malta, u l-appell tal-Gvern huwa għall-prudenza u kawtela u li ma jkunx hemm spekulazzjonijiet. |
| Kif diġà ġie spjegat anki lill-Unions | bħalissa qed jitfassal pjan ta’ ristrutturar. Għaldaqtant rapporti li dehru li jgħidu jew jagħtu impressjoni li diġà hemm deċiżjonijiet meħuda dwar l-operat tal-kumpanija u dwar in-numru tal-ħaddiema huma biss spekulazzjoni. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003