Jibdew id-diskussjonijiet dwar l-AirMalta
pr2049
08/11/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment | Tonio Fenech beda laqgħat mal-Oppożizzjoni u l-Unions dwar l-Airmalta, b’mod partikolari fir-rigward tal-qagħda tal-linja tal-ajru fil-kuntest ta’ bidliet internazzjonali li għaddejjin fis-settur tal-avjazzjoni, bis-servizzi offruti mill-low cost carriers u anki l-effett tal-prezz internazzjonali taż-żejt li kellu impatt fuq l-Airmalta. |
| Fuq talba tal-istess | Ministru, illum saret laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, fil-preżenza tal-President ta’ Malta, George Abela. Saret laqgħa wkoll mal-General Workers’ Union. F’dawn iż-żewġ laqgħat saret preżentazzjoni dwar il-qagħda attwali tal-kumpanija Airmalta fid-dawl tal-isfidi li għandha quddiemha, u ngħatat informazzjoni tal-bażi tal-ħidma li kienet għaddejja biex ikun assigurat futur vijabbli u sostenibbli għal din il-kumpanija. |
| Il-Ministru Tonio Fenech sostna l-impenn tal-Gvern | favur il-vijabilità tal-Airmalta għaliex għandha kontribut strateġiku u ekonomiku favur l-industrija tat-turiżmu. Għalhekk iridu jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiġi assigurat l-mudell li fuqu qed topera l-Airmalta huwa vijabbli u sostenibbli fuq medda ta’ żmien. |
| Il-laqgħat mal-Unions | li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Airmalta se jkomplu fil-ġranet li ġejjin. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003