Left arrow Go Back

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONI TA’ INTERESS TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013

pr2046
Date Icon 08/11/2010

Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma li fit-23 ta’ Novembru 2010 se tinfetaħ sejħa għall-espressjoni ta' interess minn persuni li jixtiequ jifformaw parti mill-grupp ta' esperti dwar  Knowledge Support System - KSS.  Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-espressjoni ta’ interess hija l-21 ta’ Jannar 2011. L-Avviż preliminari gie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (2010/C 278/13, 15.10.2010).

Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-FondEwropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. L-għan ta’ dan il-programm hu li jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-mekkaniżmi mmirati lejn żvilupp armonjuż tat-territorju Ewropew. ESPON jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, komparabbli, evidenza, analiżi u xenarji mill-Ewropa kollha dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji akbar.  B’hekk il-programm jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittivita’ Ewropea, għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli.
Fil-qafas ta’ Prijorita’ 1 tal-Programm ESPON 2013,in-Knowledge Support System - KSS tiggarantixxi li l-proġetti ta' riċerka territorjali applikata ikollhom bażi xjentifika soda u jilħqu grad suffiċjenti ta' kwalità xjentifika.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur s-sit elettroniku tal-ESPON www.espon.eu

jew jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fuq info.ppcd@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow