Left arrow Go Back

DISKORS TAL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAR-RADJOGRAFIJA – SPTAR MATER DEI – IT-TNEJN, 8 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2045
Date Icon 08/11/2010
Illumqed niltaqgħu biex infakkru l-jum dinji tar-Radjografija. Branka importanti ferm fil-qasam tas-saħħa mill-aspett ta’ dijanjożi, iżda llum ukoll fil-qasam tat-terapija.
Ir-Radjografija qed tiżviluppa b’ritmu mgħaġġelħafna. Fl-Isptar Mater Dei sar investiment konsiderevoli f’apparat sofistikat, strutturi moderni u l-aktar teknoloġija moderna u avvanzata. Fil-Medical Imaging Department fi ħdan l-isptar Mater Dei ssir firxa wiesgħa ta’ testijiet mediċi li jkopru spettru ferm usa’ ta’ kundizzjonijiet mediċi. L-attenzjoni ta’ dan id-dipartiment huma l-bżonnijiet ta’ kull pazjent li jidħol hawn ġew biex isirlu skrutinju bir-reqqa, dejjem bil-għan aħħari li ntejjbu l-kwalita’ tal-ħajja.
Biexnagħti ftit figuri, ġo dan id-dipartiment, fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena, saru:

Erba’ u disgħin elf u seba’ mitt  (94,700) scan li jinkludu:

·        Aktar minn sebgħin elf (70,000) x-ray

·        Aktar minn ħdax il-elf(11,000) Ultrasound

·        Aktar minn tminnt elef u erba mitt (8,400) CT Scan

·        Aktar minn tlett elef u ħames mitt (3,500) MRI

·        Aktar minn elf u tmien mitt (1,800) mammografija

Fil-waqtli sodisfatti ferm bil-ħidma ta’ dan it-tim li jaħdem bla għeda, il-bżonn biex ninkuraġixxu aktar nies biex jaħdmu f’dan is-settur huwa kbir ukoll. It-taħriġ edukattiv fir-Radjografija beda fis-snin sebgħin iżda lejn il-bidu tas-snin disgħin l-importanza u l-valur ta’ dan it-taħriġ deher biċ-ċar meta l-kors beda jingħata fl-Universita’ ta’ Malta. Illum il-bżonnijiet mhux biss kibru, imma nbidlu. Ir-radjografi sar għandhom importanza ferm ikbar bħala Health Care Professionals.
Bil-binitaċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija u bix-xiri ta’ tlett Linear Accelerators ġodda, il-Gvern qed ikompli jagħti aktar importanza lil dan is-settur. Il-kwalita’ tal-kura se tagħmel qabża kbira ’l quddiem, iżda dan ma’ jistax isir biss bix-xiri tal-apparat. Il-Gvern qed jagħraf l-importanza li nkomplu nħarrġu aktar żgħażagħ sabiex ikunu huma li jħaddmu l-aktar sistemi sofistikati tar-Radjografija.
Dinil-mira ta’ eċċellenza tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ taħriġ tal-ogħla kwalita’. Sabiex dan jintlaħaq, sar ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta u dik ta’ Cardiff (f’Wales) sabiex minn Ottubru li għadda, fetaħ kors ta’ taħriġ f’dak li jissejjaħ Diagnostic and Therapeutic Radiography. Tnax-il-student qed jieħdu taħriġ estensiv f’dan il-qasam. Dan il-grupp ta’ studenti, meta jiggradwaw, se jkunu parti essenzjali mill-istorja medika ta’ pajjiżna għaliex se jbiddlu radikalment il-mod li bieh inħarsu lejn il-kura tal-kanċer, effett li mistenni jinfirex fuq il-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Minbarradan il-kors, l-Universita’ ta’ Malta għarfet ukoll l-importanza tal-Breast Screening (settur ieħor ta’ suċċess kbir fil-qasam tas-saħħa). Tul is-sena li ilu miftuħ, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening saru aktar minn ĦAMEST ELEF MIJJA U TMIEN (5,108)mammogram. Għal dan il-għan beda ukoll kors ġdid fil-qasam tal-Breast Imaging.
Dinis-sena saru żviluppi kbar oħra fil-qasam tar-Radjografija f’pajjiżna. Ta’ min isemmi li beda wkoll l-ewwel Master of Sciences kors fil-qasam tal-Computerised Tomography (CT) u l-Magnetic Resonance Imaging (MRI). Hawnhekk għandna tmien studenti jsegwu l-ewwel kors u erb’oħra jsegwu t-tieni wieħed, total ta’ 12-il-student.
Id-dipartimenti konċernati (f’Mater Dei ufl-Universita’) qed iħarsu ’l quddiem lejn żviluppi ġodda li diġa’ tħabbru. Dawn jinkludu l-istallazjoni tal PET Scan fl-Isptar Mater Dei li għalih irid isir taħriġ speċjalizzat.
Nieħudin l-okkażjoni sabiex nirringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema kollha fid-Dipartiment tal-Medical Imaging. Insellem ukoll lil kull min jaħdem fir-radjografija ġewwa pajjiżna. Dawn huma nies li għarfu r-ritmu mgħaġġel tax-xjenza medika u ħaqqhom l-apprezament tagħna lkoll.
Tislimawkoll speċjali lill-morda kollha li għalihom ir-Radjografija mhux biss qed tgħin biex nifhmu aħjar il-kundizzjoni tagħhom, imma hija sors ta’ fejqan.

Grazzi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow