Left arrow Go Back

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 14 TA' NOVEMBRU, 2010

pr2044
Date Icon 08/11/2010
Jum it-Tifkira, li huwaċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali  nhar il-Ħadd, 14 ta' Novembru, 2010.
F'din l-okkażjoni,il-Kumitat Festi Nazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu.
Qabelil-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta.  Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara,fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira  ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Furjana.  Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li se jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontinġent mill-Korptal-Pulizija se jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.

Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw fiċ-Ċerimonja ħdejn il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni,  għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permezz ta’ email fuq l-indirizz elettroniku  anton.miceli@maltaculture.com sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis, 11 ta’ Novembru 2010.

L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom isir fl-istess perjodu ta’ żmien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow