STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA, U INVESTIMENT
pr2041
06/11/2010
| Mhux minnu li hemm 5,000 kont tad-dawl u l-ilma li | ħarġu żbaljati |
| Matul ix-xahar li gћadda, il-kumpanija ARMS Limited | kompliet bit-transizzjoni lejn sistema tal-informatika ġdida bit-trasferiment ta’ accounts residenzali u kummerċjali. Fil-15 t’Ottubru li għadda klijent informa lill-kumpanija ARMS li l-kont tiegћu kellu rental charge nkorrett. Bħalma tagħmel f’kull kuntatt li jsir, l-ARMS daħlet fil-każ u għamlet proċess ta’ ċċekkjar mis-sistema. |
| Mill-analiżi li saret, ġew identifikati 2,119 | account li kellhom din l-inkorrettezza, u li 1,225 minnhom kienu nħarġulhom kontijiet. Minn dawn, 1,185 kienu domestic jew residential u 40 non-residential. Kuntrarjament għal kif ġara fil-każ ta’ l-accountsdomestic jew residential, l-40 non-residentialaccount kellhom rental charge domestiku minflok kummerċjali kif suppost. Bejniethom dawn il-1,185 domestic jew residentialaccount li ġew identifikati nħarġulhom 1,891 kont. |
| Il-kuntrattur tas-sistema ġie | nnotifikat, u din il-problema ġiet irranġata. |
| Gћalhekk, | mhux minnu li kien hemm 5,000 kont żbaljat, kif allegat minn Joseph Muscat. Dan juri li l-intenzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni hi biss li jivvinta minkejja li s-sitwazzjoni bdiet tiġi rimedjata b’żieda ta’ servizzi, aktar front officers, u ħinijiet itwal biex jinqdew il-klijenti. |
| Mhux minnu wkoll li kien hemm xi struzzjonijiet biex | jitћallsu lura biss dawk il-klijenti li jindunaw b’dan l-iżball. Min għamel xi ħlas żejjed se jingħatalu lura. |
| Fil-fatt, il-kumpanija ARMS qed tagħmel | l-aġġustamenti neċessarji biex dawk il-klijenti li setgħu ħallsu l-kontijiet li kienu rċevew, jingħataw il-flus lura. |
| Intant, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u | Investiment talab rapport dettaljat lill-ARMS Limited dwar dan il-każ, u jagħraf li jrid ikun hemm aktar titjib fis-servizzi li jingħataw lill-pubbliku. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003