IMĦABBRA ID-DETTALJI TAL-FTEHIM M’ARRIVA MALTA GĦAL TRASPORT PUBBLIKU MODERNIZZAT U B’VALUR GĦALL-FLUS
pr2040
06/11/2010
| F’konferenza | tal-aħbarijiet dal-għodu, il-Ministru Austin Gatt ħabbar id-dettalji tal-ftehim m’Arriva Malta għal trasport pubbliku riformat għal Malta u Għawdex. Is-servizz il-ġdid ser jibda jopera nhar it-3 ta’ Lulju 2011 b’livell ta’ servizz għal kollox imġedded b’karozzi tal-linja kollha Euro V, bl-arja kundizzjonata u bl-aħħar teknoloġija fis-settur tat-trasport pubbliku. Sebgħin fil-mija tal-flotta se jiżżanżnu għall-ewwel darba f’Malta waqt li l-bqija ser ikunu kollha refurbished biex ikunu kollha Euro V. |
| Dan ser ifisser tnaqqis | qawwi fl-emissjonijiet fl-arja m’hux biss minħabba li l-karozzi tal-linja kollha se jkunu prattikament ġodda, iżda anke għax il-flotta tas-servizz se titnaqqas minn 580 karozza għal madwar 260. Minkejja dan ir-rotot u l-frekwenzi l-ġodda se jkunu jfissru servizz aktar spiss u regolari li jlaħħqu l-partijiet kollha tal-gżejjer b’servizz li jibqa’ għaddej kuljum sal-11 ta’ fil-għaxija. |
| Is-servizz tat-trasport | pubbliku se jkun jimpjega aktar minn 900 persuna, madwar id-doppju tal-persuni impjegati fis-servizz tal-lum, ilkoll imħarrġa biex jipprovdu servizz ta’ kwalita’ lill-pubbliku. L-utenti regolari tat-trasport pubbliku ser ikunu qed iħallsu nollijiet tal-istess livell tal-ispejjeż medji għal min juża t-trasport pubbliku llum, minkejja servizz ħafna aqwa. |
| Dan minbarra li l-Gvern | ser ikun qed inaqqas is-sussidju li jonfoq fit-trasport pubbliku minn dak li qed jonfoq illum bi 3.5 miljun ewro. Dan it-tnaqqis fl-ispiża pubblika ser jinkiseb minkejja li għall-ewwel darba ser jiġi sussidjat l-operat tat-trasport pubbliku f’Għawdex li sal-lum hu servizz fqir għall-aħħar. |
| B’kuntrast mas-servizz | tal-lum, is-sussiddju għas-servizz il-ġdid hu ffissat għall-għaxar snin li ġejjin u ma jiżdiedx ħlief biex jikkumpensa żidiet statutorji fil-paga minħabba l-għoli tal-ħajja (COLA) jew taxxi diretti fuq is-settur. Dan ifisser li kemm il-konsumatur kif ukoll min iħallas it-taxxa għandu viżbilita’ ċara għall-għaxar snin li ġejjin ta’ kemm se jiswa s-servizz riformat tat-trasport pubbliku. |
| L-iffirmar tal-ftehim | bejn Transport Malta u Arriva Malta hu skedat għall-20 ta’ Novembru 2010. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003