L-Onor. Clyde Puli jniedi t-tieni edizzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ
pr2035
06/11/2010
L-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu nieda t-tieni edizzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ. Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ huwa proġett li nbeda minn dan il-Gvern bil-għan li jinċentiva liż-żgħażagħ ikunu aktar attivi fis-soċjeta’.
| Fid-diskors tiegħu l-Onor Puli qal li dan il-Gvern | dejjem emmen fil-potenzjal taż-żgħażagħ u permezz ta’ dan il-proġett u proġetti simili qed jagħtihom l-għodda neċessarja biex jagħtu l-kontribut tagħhom f’din is-soċjeta u jagħmlu d-differenza. |
| Dan | il-proġett li kull ma’ jmur qiegħed jikseb aktar popolarita’ qiegħed jagħti opportunita’ liż-żgħażagħ jagħtu proposti tagħhom għal proġett fil-lokalita’ tagħhom, biex imbgħad fl-aħħar jiġu magħżula 3 proġetti. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-proġett li | sar l-ewwel darba din is-sena huwa wieħed mill-programmi ta’ empowerment li l-Gvern qed jisħaq fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, qal ukoll li din il-politika kienet imfassla miż-żgħażagħ stess. |
| B’sodisfazzjon is-Segretarju Parlamentari sostna li | din is-sena hemm żieda fil-parteċipazzjoni mhux biss mill-Kunsilli Lokali iżda anke miż-żgħażagħ. |
| Fil-fatt | din is-sena applikaw 42 il-Kunsill Lokali li 17-il Kunsill Lokali minnhom diġa għandhom 5 membri jew aktar. S’issa wkoll hemm il-parteċipazzjoni ta’ 162 żgħażugħ u żgħażugħa. Fil-fatt dan ifisser żieda ta’ 3 lokalitajiet fuq is-sena li għaddiet u żieda ta’ madwar 40 parteċipant. |
| L-Onor | Puli sostna li dan juri biċ-ċar kemm iż-żgħażagħ u l-Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin qed jirrispondu għas-sejħa tal-Gvern għal żogħżija attiva’ kif ukoll juri s-sens ċiviku qawwi li għandhom iż-żgħażagħ. |
| Matul | din il-konferenza kien hemm wkoll preżentazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ rebbieħa li huma dawk ta’ Bormla, Mtarfa u Ħal-Qormi. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003