Left arrow Go Back

Titħabbar l-organizazzjoni tal-Forum Ewropew għat-Turiżmu f’Malta

pr2024
Date Icon 04/11/2010
L-industrija tat-turiżmutiġġenera 5% tal-Prodott Gross Domestiku tal-UE u timpjega 9.7 miljun persuna f’1.8 miljun intrapriża. Jekk wieħed jinkludi s-setturi marbuta mat-turiżmu, isib li b’kollox it-turiżmu jimpjega 12% tal-ħaddiema fl-UE u jiġġenera produzzjoni ta’ aktar minn 10% tal-Prodott Gross Domestiku.  Din l-industrija, għalhekk jeħtieġ li tibqa’ tissaħħaħ permezz ta’ djalogu kontinwu fost l-entitajiet kollha involuti. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji dwar l-Forum Ewropew għat-Turiżmu li din is-sena se jsir f’Malta.
Il-forum se jkunorganizzat bejn it-18 u d-19 ta’ Novembru 2010, fil-lukanda Golden Sands fil-Mellieħa. Għal dan il-forum se jattendu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Antonio Tajani, Ministri tat-Turiżmu u delegazzjonijiet barranin mill-industrija turistika, mis-soċjetà ċivili, mill-istituzzjonijiet Ewropej, minn awtoritajiet tal-pajjiżi membri kif ukoll minn għaqdiet internazzjonali. Il-forum jattira bejn 200 u 300 delegat u qed isir f’Malta għat-tieni darba hekk kif kien organizzat f’pajjiżna fl-2005. Il-forum se jkun organizzat mill-Presidenza Belġjana tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u mill-Gvern Malti.
It-tema ewlenijatal-forum hija t-tisħiħ tat-turiżmu Ewropew bħala l-akbar suq turistiku fid-dinja. Is-Segretarju Parlamentari qal li din it-tema hija sinifikanti għas-suq turistiku u għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti fil-European Action Framework. Dan id-dokument se jkun diskuss f’Malta u jinkludi inizjattivi għat-tisħiħ tas-settur turistiku Ewropew fosthom l-kompettitività, is-sostenibbilità turistika, it-tiġdid tal-prodott turistiku, it-turiżmu kulturali u l-importanza li l-Ewropa tkun irriklamata bħala destinazzjoni waħda li tiġbor fiha kulturi differenti iżda b’fatturi kommuni.
Mario de Marco qal lid-diskussjoni fuq livell Ewropew hija importanti biex isaħħaħ il-politika Ewropea fuq it-turiżmu. Tenna li deċiżjonijiet għaqlija jħallu l-frott u xhieda ta’ dan huwa s-suq turistiku lokali, b’Settembru jkun r-raba’ xahar konsekuttiv li fih ġew numru rekord ta’ turisti. Mario de Marco qal li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,053,348 turist. Hu żied li dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel disa’ xhur tas-sena u hi wkoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu. Fil-fatt, in-nefqa totali ta’ €913,972,000 bejn Jannar u Awwissu 2010 hija ta’ ’l fuq minn €162 miljun iktar, fuq in-nefqa tal-istess perjodu, is-sena li għaddiet. Mario de Marco qal li n-nefqa fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kienet kważi €37 miljun aktar fuq l-istess perjodu fl-2008, li kienet sena rekord għat-turiżmu.
Preżentigħall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Belġjan għal Malta, l-ET Jean Francois Delahaut li qal li l-Presidenza Belġjana tal-UE tilqa’ b’sodisfazzjon l-organizazzjoni ta’ forum li se jiffoka fuq it-tisħiħ tas-settur turistiku Ewropew. Hu qal li Malta u l-Belġju għandhom relazzjonijiet tajbin li qed jissarfu wkoll f’numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jiġu Malta mill-Belġju. Hu awgura li l-forum jissarraf fi pjan strateġiku għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti fil-European Action Framework.
Dr. Angelo Chetcutimir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta qal li pajjiżna għamel passi pożittivi ’l quddiem fid-diversifikazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ niche markets. Sostna li l-forum għandu jkompli jtejjeb il-prodott turistiku Ewropew permezz ta’ diskussjonijiet fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-bidliet li qed iseħħu f’dan is-settur.
Il-forum se jinkludipreżentazzjonijiet minn esperti fil-qasam turistiku u diskussjonijiet tekniċi kif ukoll laqgħa bejn il-Ministri tat-Turiżmu preżenti għall-forum.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow