Investiment ta’ €10 miljun ewro fl-innovazzjoni u l-awtentiċita’ tal-prodott turistiku lokali
Titħabbar it-tielet sejħa għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema għal proġetti ta’ turiżmu sostenibbli
| Il-kompettitivita’ | tas-settur turistiku tiddependi mill-investiment kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat. L-innovazzjoni u l-awtentiċita’ tal-prodott turistiku huma wkoll fatturi importanti li jagħmlu lill-pajjiżna aktar attraenti. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, l-Onor. Mario de Marco waqt seminar li fih ingħataw id-dettalji għat-tielet sejħa mill-fond ERDF ta’ €10 miljun, li jiffinanzja parti mill-investiment fi proġetti favur is-sostenibilita’ turistika. |
| L-iskema | tappoġġja b’mod dirett u indirett lil dawk li jipprovdu servizzi turistiċi. L-għajnuna finanzjarja ta’ bejn 30% sa 50% mill-ispiża totali tal-proġett, tingħata għall-investiment immirat lejn it-tkabbir u l-iżvilupp turistiku jew proġetti f’operazzjonijiet kulturali. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-iskema | tippromwovi tlett aspetti importanti tas-sostenibilita’ turistika li huma s-sostenibilita’ ekonomika, ambjentali u soċjali. Hu qal ukoll li l-investiment fl-innovazzjoni jissarraf f’valur miżjud għat-turist li jżur pajjiżna. |
| Mario de | Marco qal li l-investiment fit-titjib tal-prodott turisiku huwa investiment fil-potenzjal tas-settur turistiku tagħna. Il-fatt li t-turisti li qed jiġu Malta qed iħallu aktar flus fl-ekonomija tagħna, huwa xhieda tal-potenzjal li għandu s-settur turistiku tagħna, tenna Mario de Marco. Hu rrefera għan-nefqa tat-turisti fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena u li kienet ta’ €132 miljun aktar fuq l-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet. Irrefera wkoll għan-nefqa tat-turisti fl-ewwel tmien xhur tal-2008, jiġifieri qabel il-kriżi finanzjarja internazzjonali. Tenna li meta mqabbla mal-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu tal-2008, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena it-turisti nefqu €27 miljun aktar. |
| Mario de | Marco tkellem ukoll dwar id-90 proġett li parti mill-ispiża tagħhom ġiet iffinanzjata wara l-ewwel u t-tieni sejħa ta’ applikazzjonijiet taħt l-iskema. B’kollox it-total tal-proġetti kien ta’ aktar minn 15-il miljun ewro, bil-finanzjament mill-iskema jkun ta’ kważi €7 miljun. Fost l-intrapriżi li gawdew minn dawn il-fondi kien hemm lukandi, ristoranti, skejjel tal-Ingliż, diving schools u assoċjazzjonijiet sportivi. |
| L-intrapriżi li jissotomettu proġett taħt din | l-iskema jridu jiżguraw li l-attivitajiet proposti jiffukaw fuq: |
· Titjib tal-prodott u investiment fit-tgħamir
· Investiment f’miżuri li jkun ‘environmentally friendly’
· Investiment fit-tekonoloġija tal-informazzjoni u kommunikazzjoni
· Investiment fl-intraprenditorija
· Investiment fil-promozzjoni (marketing)
L-iskema isaħħaħ is-settur turistiku għaliex twassal għall-introduzzjoni ta’ sistemi t’operat sostennibli, l-investiment f’teknoloġiji u faċilitjaiet moderni u l-iżvilupp tal-karateristiċi uniċi tal-wirt storiku ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en