Malta tikkonsolida r-relazzjonijiet bilaterAli mal-Ġermanja
pr2011
02/11/2010
| “Iż-żjara ta’ Dr Werner Hoyer, Ministru tal-Istat | fl-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, li qed tissuċidi ż-żjara tal-Viċi Kanċillier u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Guido Westerwelle f’Settembru li għadda, hija eżempju ċar tal-importanza li l-Ġermanja u Malta qed jagħtu fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali. Dan huwa wkoll eżempju ta’ ħbiberija soda ma’ wieħed mill-iktar sieħba mportanti fil-qasam ekonomiku u politiku.” |
| Il-Viċi | Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem it-taħditiet li saru fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Huwa sostna li l-Ġermanja matul is-snin uriet l-appoġġ tagħha lil Malta fuq diversi materji fosthom dawk politiċi u ekonomiċi. |
| Intant, | il-Ministru tal-Istat Hoyer stqarr li “L-iżvilupp ta’ Malta huwa impressjonanti. Dan l-iżvilupp ma sehhx biss minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea. Inħossni kburi li għandi l-opportunità li nitħaddet ma’ sħabi l-Maltin fuq materji u kwistjonijiet Ewropej. Kif ukoll fuq l-opportunità li nsaħħaħ iktar ir-relazzjonijiet diġa’ eċċellenti ta’ bejnietna. Malta għandha rwol importanti fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, mhux biss minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, iżda wkoll minħabba s-sekli sħaħ ta’ esperjenza storika li hija tħaddan.” |
| Il-Ministru Hoyer stqarr li kienu biss il-Ġermanja u | Malta mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li fl-aħħar xhur taw tkabbir u riżultati ekonomiċi pożittivi. “Dan għandu jagħmel lil Malta kburija, iktar u iktar bil-limitiazzjonijiet ta’ daqs tal-pajjiż.” |
| Iktar | minn hekk huwa importanti li tissemma l-fiduċja li l-investituri Maltin għandhom f’pajjiżna. Madwar 50 kumpanija tal-manifattura Ġermaniża topera f’Malta u tħaddem madwar 2,240 impjegat. Din il-kollaborazzjoni żdiedet fl-aħħar ħames snin, li fihom 14-il kumpanija Ġermaniża waqqfu ħidmiet ġodda f’Malta. Iktar minn hekk, 17-il kumpanija Ġermaniża li diġa’ għandhom investimenti f’Malta, permezz tal-inizjattivi offruti mill-Malta Enterprise, saħħew u kattru l-operazzjonijiet tagħhom f’Malta. |
| Huwa | sinifikanti għal Malta li ismijiet magħrufa fosthom il-Playmobil, il-Lufthansa Tecknik u d-Deutsche Bank mhux biss għażlu li jinvestu f’Malta, iżda wkoll iddeċidew li jespandu l-operat tagħhom, minkejja l-kriżi internazzjonali. |
| Il-Ġermanja bħala pajjiż sieħeb fil-kummerċ, huwa | kkonfermat ukoll mill-għadd ta’ inizjattivi u avvenimenti li jsiru regolarment mill-Malta Enterprise sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ stati. L-Intrapriżi Maltin qegħdin isaħħu l-preżenza tagħhom f’għadd ta’ fieri fil-Ġermanja, bħal CEBIT f’Hanover, u dawn l-avvenimenti qed ikunu utilizzati bħala opportunitajiet importanti. |
| Malta | Enterprise flimkien mal-Konsli Onorarji fil-Ġermanja, jorganizzaw regolarment workshops kummerċjali li bis-saħħa tagħhom iressqu iktar fil-viċin l-intrapriżi u l-Kamra tal-Kummerċ tal-lokal (IHKs). |
| Il-Viċi | Prim Ministru rringrazzja lill-Ġermanja fl-appoġġ tagħha lil Malta fil-ħidma ta’ pajjiżna fl-influss tar-refuġjati fl-aħħar snin. Il-Ġermanja irrikonoxxiet il-piż sproporzjonat li qed terfa’ Malta. Għal dan il-għan, madwar 130 refuġjat ħallew Malta biex ifittxu futur fil-Ġermanja. |
Matul iż-żjara ta’ jumejn f’Malta, Dr Werner Hoyer iltaqa’ mal-Pro Rettur tal-Università ta’ Malta u indirizza, fost oħrajn, lill-istudenti tal-MEDAC.
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en