Left arrow Go Back

Qari ta’ PoeŻiji tal-PajjiŻi ŻgĦar

pr2009
Date Icon 02/11/2010
Il-Grupp ta’ Qari ta’Poeżiji tal-Pajjiżi Żgħar iċċelebra s-sitt Anniversarju x-xhar li għadda fil-Katzen Center tal-Kulleġġ ta’ Arti u Xjenzi f’American University f’Washington, DC. Dis-sena, din il-laqgħa tradizzjonali ta’ Washington ġibdet folla ta’ 200 ruħ biex jisimgħu l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet minn għaxar pajjiżi – l-Awstrija, Bahrain, il-Bulgarija, Ċipru, Islanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, Monaco, u s-Slovenja.
Il-Small Nations PoetryReading twaqqfet sitt snin ilu mill-Ambaxxatur Malti ta’ dak iż-żmien, John Lowell, u mill-Ambaxxatriċi tal-Liechtenstein, l-E.T. Claudia Fritsche. L-għan kien biex joħolqu konnoxxenza tal-pajjiżi ż-żgħar. Fil-ħajja mgħaġġla u mlelxa ta’ Washington, il-pajjizi ż-żgħar jistgħu faċilment jintesew.
Waqt l-avveniment,il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet qraw il-poeżiji ta’ pajjiżhom bl-Ingliż, imbaghad irrepetew l-aħħar stanza bil-lingwa tagħhom. It-tema ta’ din is-sena kienet ‘L-Identita’ Nazzjonali’. Il-poeżija ta’ Malta msejħa ‘Erba’ Blatiet’, inkitbet mill-poeta Malti, Antoine Cassar, w ittieħdet minn poeżija itwal ta’ l-istess awtur msejħa ‘Atlas’.
L-għaqda ta’ din is-senagiet organizzata mill-Ambaxxatriċi Fritsche u mill-istaff tagħha. Wara il-qari tal-poeżiji, sar riċeviment mniedi mill-Ambaxxata tal-Bahrain. Waqt ir-Riċeviment, pajjiżi produtturi tal-inbid dewwqu l-inbejjed tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

More Press Releases Right arrow