Jum it-Traġedja mfakkra f’Għawdex
pr2006
01/11/2010
| F’Għawdex ġie mfakkar it-62 anniversarju ta’ waħda | mill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex u li wasslet biex 23 persuna tilfu ħajjithom waqt vjaġġ traġiku bejn Malta u Għawdex fit-30 ta’ Ottubru tal-1948. |
| Din | it-traġedja ġiet kommemorata waqt ċerimonja ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, li bdiet bi tqegħid tal-kuruni mal-monument li jfakkar din il-ġrajja, fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex. Iċ-ċerimonja kompliet b’quddiesa ċċelebrata mir-Reverendu l-Kan. Dr. Joe Zammit, Arċipriet tal-Qala, abbord vapur tal-kumpanija Gozo Channel. |
| Flimkien | ma’ mistednin distinti kien hemm ukoll familjari ta’ wħud mill-vittmi, li lkoll tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta’ rispett. |
| Din | id-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja li seħħet f’Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri tal-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta. |
| It-tifkira ta’ din il-ġrajja, tiġi kkommemorata kull | sena bi programm ikkordinat mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Fl-1998 ġie inawgurat monument li jfakkar din il-ġrajja traġika. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en