iccelebrat jum iz-zghazagh 2010 f'ghawdex
pr2003
31/10/2010
| Għadd | ta’ studenti żgħażagħ Għawdxin ipparteċipaw fil-programm ta’ attivitajiet li ttella’ ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), bħala parti mill-attivitajiet organizzati permezz tal-Youth Employment Programme. Dan huwaproġett kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew 2007 – 2013, li jitratta l-qgħad fost iż-żgħażagħ filwaqt li jgħin fl-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, | iltaqgħet mal-istudenti preżenti f’Misraħ San Ġorġ fir-Rabat, fejn kienu kkonċentrati l-attivitajiet. Hija ħeġġithom ikomplu bl-istudji tagħhom sabiex ‘il quddiem ikollhom aktar opportunitajiet tax-xogħol. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif il-maġġoranza tal-istudenti Għawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta kif ukoll f’istituzzjonijiet edukattivi oħra madwar Malta u Għawdex. Semmiet kif bħalissa 934 student Għawdxi qed jattendu korsijiet fl-Università ta’ Malta, 239 student fiċ-ċentri tal-MCAST fix-Xagħra u fix-Xewkija u 173 student ieħor qed isegwu korsijiet fiċ-ċentri tal-MCAST f’Malta. Barraminhekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex qed jilqa’ 27 student fuq bażi full-time u 46 student fuq bażi part-time. |
L-Onor. Giovanna Debono żaret fost l-oħrajn stand imtellgħa mid-Direttorat għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Minn hawnhekk, l-istudenti żgħażagħ Għawdxin kienu qed jingħataw tagħrif dwar din l-istrateġija ta’ żvilupp sostenibbli għal Għawdex kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar il-proġetti li għaddejjin u oħrajn li huma ppjanati fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Matul din l-attività tqassam ukoll materjal informattiv u promozzjonali dwar din il-viżjoni.
| L-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ kienu jinkludu | stand bl-ikel imtellgħa mill-istudenti żgħażagħ li qed isegwu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala, minn fejn ingħatat ukoll informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol fis-settur turistiku. Ittellgħu wkoll diversi workshops interattivili ttrattaw fost l-oħrajn l-immaniġġjar tal-ilma u dak tal-iskart. Ingħatat ukoll gwida lill-istudenti dwar il-karrieri mill-YEP Team, kif ukoll minn entitajiet li joffru x-xogħol fosthom dak fl-ICT. Rappreżentanti tal-WasteServ, il-MITA, iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, il-Librerija Pubblika ta’ Għawdex u l-Grupp Universitarji Għawdxin kienu wkoll preżenti. L-attivitajiet ġew fi tmiemhom permezz ta’ kunċert mill-grupp Għawdxi Chasing Pandora. |
| Għal | dawn l-attivitajiet attendew fost l-oħrajn l-istudenti kollha li jinsabu fil-ħames sena tal-edukazzjoni sekondarja fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex kif ukoll xi studenti li jattendu ċ-Ċentru għall-Istudji Ogħla Sir M.A. Refalo. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en