tfal u studenti ghawdxin jikkommemoraw jum ghawdex
pr2002
31/10/2010
| Madwar | 500 tifel u tifla mill-iskejjel primarji kollha Għawdxin ħonqu Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex, hekk kif attendew għall-attività kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex. Din iċ-ċelebrazzjoni tfakkar il-jum storiku tat-28 ta’ Ottubru 1798, meta l-Arċipriet Saver Cassar mexxa l-qawmien tal-Għawdxin kontra l-qawwiet Franċiżi li tat bidu għal sentejn ta’ gvern proviżorju mmexxi mill-Għawdxin stess. |
| Din | l-attività li għar-raba’ sena konsekuttiva ġiet organizzata mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Reġjonali u Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, flimkien mal-Kulleġġ ta’ Għawdex, kienet tinkludi t-tnedija ta’ innu ġdid lill-Eroj Għawdxi l-Arċipriet Saver Cassar. Il-kliem u l-mużika ta’ dan l-innu, b’kitba ta’ Anton F. Attard u kompożizzjoni ta’ Mariella Spiteri, ġew ippreżentati lill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono waqt din l-attività. |
| Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, | li ppresediet din iċ-ċerimonja, qalet li huwa xieraq li t-tfal u l-istudenti Għawdxin jitgħallmu dwar l-istorja glorjuża tal-gżira ta’ Għawdex, għax b’hekk jitnissel spirtu ta’ patrijottiżmu ħaj li jagħmel lill-Għawdxin kburin bl-identità Għawdxija. Hija żiedet tgħid li l-ġrajja tat-28 ta’ Ottubru 1798 kienet waħda mill-ġrajjiet li tat identità lill-poplu Għawdxi u li għandha sservi biex l-identità Għawdxija tkun aktar apprezzata. “Din hija wkoll waħda mill-prijoritajiet li jiffurmaw il-bażi tal-ħidma li ser tmexxina biex nilħqu l-viżjoni ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika”, qalet il-Ministru Debono. Hija spjegat ukoll lit-tfal preżenti li l-kelma ‘ekoloġika’ ma tfissirx biss dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ambjent naturali, iżda tkopri wkoll ħarsien tal-patrimonju storiku, kulturali u tradizzjonali biex b’hekk ikun jista’ jiġu mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. |
| Matul | din iċ-ċelebrazzjoni, il-kor tal-Kulleġġ ta’ Għawdex taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri kanta l-Innu lil Għawdex, l-Innu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex kif ukoll l-Innu Nazzjonali. Għal din l-okkażjoni saret ukoll rappreżentazzjoni animata mit-tfal taħt id-direzzjoni ta’ Angelo Bonello, dwar dan l-eroj Għawdxi u r-rebħa tal-Għawdxin fuq il-Franċiżi fit-28 ta’ Ottubru 1798. |
| Iċ-ċerimonja ntemmet bit-tqegħid ta’ kuruni | tal-fjuri mal-monument ta’ l-Arċipriet Saver Cassar, mill-Ministru għal Għawdex u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-Kav. Frank Gatt. Barraminhekk student/a minn kull skola ta’ Għawdex qiegħdu fjura waħda mal-monument f’isem l-iskejjel rispettivi tagħhom, b’tislima lil dan l-eroj Għawdxi. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en