“L-inklużjoni tgħin fil-fejqan ta’ persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali”
pr1999
30/10/2010
| Is-Sinjura | Catherine Gonzi indirizzat Konferenza organizzata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u mill-Kummissjoni Ewropea |
| Is-Sinjura | Catherine Gonzi, indirizzat konferenza dwar is-saħħa mentali li saret f’Leuven il-Belġju. Hi kienet mistiedna tindirizza din il-Konferenza bħala Patruna tal-Empowerment Working Group tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Il-Konferenza kienet organizzata mill-Għaqda Dinjia tas-Saħħa flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u kellha t-tema Empowerment in Mental Health – Working together towards Leadership. |
| Il-Programm li qed | jitfassal mill-EmpowermentWorking Group huwa maħsub biex persuni li jużaw is-servizzi ta’ saħħa mentali ikabbru aktar il-fiduċja fihom infushom u jingħataw aktar spazju biex jieħdu deċiżjonijiet li jittrattaw aspetti importanti fil-ħajja tagħhom. |
| Wieħed | mill-iskopjiet importanti ta’ dan il-Programm hu propju li jiżviluppa indikaturi biex ikun magħruf kemm is-soċjeta tagħti lill-persuna spazju biex tieħu deċiżjonijiet u kemm effettivament qed tipparteċipa fis-soċjeta’, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. |
| Il-Konferenza, li | għaliha attendew professjonisti, qraba u persuni li jużaw is-servizzi tas-saħħa mentali, iddiskutiet kif issa li dawn l-indikaturi ġew maqbula, jistgħu jibdew jiġu implimentati fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea. |
| Fid-diskors tagħha | is-Sinjura Gonzi saħqet dwar l-importanza li kulħadd, individwi min kull qasam, fosthom persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, il-qraba tagħhom, professjonisti fis-saħħa, min iħaddem u mexxejja għandhom ikunu ta’ eżempju għas-soċjeta’, għandhom joffru leadership f’dak li jagħmlu f’dan il-qasam tant sensittiv u importanti. Hi kompliet tgħid li l-inklużjoni soċjali tikkontribwixxi għal fejqan ta’ nies li jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali. Qalet ukoll li l-inklużjoni toħloq soċjeta’ aktar rikka għaliex magħmula minn kontribuzzjoni aktar wiesgħa. Is-Sinjura Gonzi enfasizzat li jrid ikollna l-kuraġġ nibdlu aktar il-mod ta’ kif inħarsu lejn min ikun qiegħed jieħu kura għas-saħħa mentali. Irridu li huma jkollok aktar stima fihom infushom, u li aħna nafdaw u nagħtuhom l-għodod biex huma wkoll jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għalihom infushom. |
| Matul iż-żjara | tagħha fil-Belġju is-Sinjura Gonzi kellha ukoll laqgħat ma’ Michael Heubel, Kap tat-Taqsima f’DG SANCO tal-Kummissjoni Ewropeja, kif ukoll ma’ Andreas Huber, Kap tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar l-Ambjent, Saħħa Publika u Sigurta fl-Ikel (ENVI) tal-Parlament Ewropew, li t-tnejn jittrattaw is-saħħa mentali. |
| Waqt dawn iż-żewġ | laqgħat is-Sinjura Gonzi tkellmet dwar il-Programm tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u saħqet li kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom jagħtu aktar appoġġ biex is-saħħa mentali tkun fuq quddiem nett fl-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea. |
| Is-Sinjura Gonzi | talbet liż-żewġ rapreżentanti tal-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex kull pajjiż ikompli jtejjeb is-servizzi għal persuni li jkunu qed jieħdu kura għas-saħħa mentali u jaħdmu biex ikollna soċjetajiet dejjem aktar inklussivi. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en