stqarrija mill-ministeru Għal Għawdex
pr1993
29/10/2010
Ma hemmx periklu ta’ kontaminazzjoni minħabba l-asbestos fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex
| Riżultati ta’ | testijiet tekniċi jikkonfermaw li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma hemm l-ebda periklu ta’ kontaminazzjoni la għall-ħaddiema u l-anqas għall-pazjenti jew viżitaturi ġewwa dan l-isptar, minħabba xi materjal magħmul mill-asbestos li għad fadal f’uħud mill-kurriduri. It-testijiet saru skont proċeduri ta’ saħħa u sigurtà stabiliti fir-Renju Unit u jxejnu dak li nkiteb f’artiklu li deher f’sezzjoni tal-midja lokali matul din il-ġimgħa. |
| Testijiet simili | ntalbu mill-Ministeru għal Għawdex kull darba li kien jinħtieġ li jsiru xogħlijiet strutturali jew ta’ manutenzjoni ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan biex jassigura ħarsien tas-saħħa kemm tal-impjegati kif ukoll ta’ dawk kollha li jkollhom bżonn servizzi fl-isptar. Kif kellu okkażjoni li jispjega kemm il-darba, il-Ministeru għal Għawdex isostni li kull meta kien jinħtieġ xogħol ta’ manutenzjoni jew ristrutturar ġewwa l-isptar, ingħatat prijorità biex jinbidel is-saqaf il-qadim li kien jinkludi materjal magħmul mill-asbestos. Fil-fatt il-Ministeru jixtieq jikkonferma li, fis-sitwazzjoni preżenti, is-saqaf fis-swali u postijiet fejn isiru trattamenti jew kura oħra, ġie kollu mibdul u fadal biss xi kurriduri li għadhom ma nbidlux. |
| Il-xogħol marbut | mal-proċess ta’ bdil ta’ dan il-materjal jesiġi proċeduri speċifiċi biex jiġi assigurat ħarsien tas-saħħa f’kull mument u jinvolvi spejjeż konsiderevoli. Ix-xogħlijiet marbuta mas-sejħa għall-offerti msemmija fl-artiklu kienu relatati mal-parti tal-kurridur ħdejn it-taqsima tal-kura ta’ mard tal-qalb u dak fejn illum qed isiru x-xogħlijiet biex titwaqqaf taqsima tar-Radjoloġija. Ix-xogħlijiet marbuta ma’ dik is-sejħa għall-offerti ntemmu u s-saqaf ġie mibdul kompletament. Dan l-aħħar inħarġet sejħa oħra għall-offerti biex jitneħħa dak li għad fadal mis-saqaf il-qadim f’uħud mill-kurriduri. Minħabba li wħud mill-kriterji stabbiliti ma ntlaħqux għandha toħroġ sejħa oħra biex b’hekk ikun jista’ jintemm il-proċess tal-bdil tas-saqaf li kien ġie installat meta nbena l-isptar u b’hekk l-asbestos fl-isptar jiġi eliminat. |
| Il-Ministeru | għal Għawdex jikkundanna qlajjiet infondati li huma ntiżi biss biex jieħdu gwadann politiku mingħajr ma jikkunsidraw ir-responsabiltà fil-konfront ta’ setturi delikati bħal ma hu dak tas-saħħa. Fl-istess waqt itenni li l-Ministeru għal Għawdex huwa mpenjat li jkompli jtejjeb is-servizzi tas-saħħa f’Għawdex kif dejjem għamel. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en