Is-SoċjetÀ Mużikali San Ġużepp Ħamrun iżżur l-anzjani fir-Residenza San Vinċenz De Paul
pr1988
29/10/2010
| Is-Soċjetà | Mużikali San Ġużepp Ħamrun ilbieraħ taw sorpriża lill-anzjani residenti fir-Residenza San Vinċenz De Paul f’inizjattiva intiża biex tferraħ lir-residenti Ħamruniżi. Din l-attività kienet parti mill-programm ta’ ġimgħa fl-okkażżjoni tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, l-Onor Mario Galea, li akkumpanja l-kumitat ċentrali tas-Soċjetà, qal li din l-attività kienet mod li bih ir-residenti setgħu jħossuhom apprezzati mill-komunità li kienu jgħixu fiha qabel ma daħlu fir-residenza. Hu qal li attivitajiet simili għandhom iservu ta eżempju prattiku dwar kif nistgħu nagħtu ġieħ lill-anzjani li, għalkemm ma għadhomx jgħixu fil-komunità, taw sehem importanti fi ħdana. |
| Il-banda daħlet | iddoqq fis-swali differenti, u għalkemm ma kienx possibbli li l-banda ddoqq f’kull sala, għadd ta’ anzjani ngħaqdu mal-banda waqt il-marċi popolari li daqqet. Kien hemm anzjani, ex bandisti, li saħansitra akkumpanjaw il-banda matul iż-żjara. |
| Mument | partikolari kien meta ingħatat tifkira lis-Sur Joseph Mifsud Matrenza li huwa President Onorarju tal-istess Soċjetà. Is-Sur Matrenza nnifsu rringazzja lis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun, kif ukoll lit-tmexxija tar-Residenza San Vinċenz De Paul u appella lill-pubbliku in ġenerali biex jiddedikaw aktar ħin lill-anzjani, kemm dawk li jgħixu fil-komunità kif ukoll dawk li qed jgħixu fir-residenzi varji. |
Other Press Releases:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en