Il-World Aviation Group ikompli jinvesti u joħloq aktar postijiet tax-xogħol
pr1977
28/10/2010
| Il-World Aviation Group, kumpanija | bi sħab bejn l-AirMalta u s-settur privat kompliet tinvesti u fl-aħħar 12-il xahar ħolqot 25 post tax-xogħol ġdid biex issa tħaddem 155 persuna. Dan tħabbar waqt żjara tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech fl-uffiċċji tal-kumpanija dalgħodu. |
| Din il-kumpanija toffri servizzi | differenti fosthom dawk ta’ call centre, back office, financial accounting u billing fost l-oħrajn u rnexxilha tattira xogħol mingħand linji tal-ajru barranin bħal Cathay Pacific, Qantas Airways, Etihad Airways u Brussels Airlines. |
| Il-Ministru Fenech faħħar l-investiment | kontinwu ta’ din il-kumpanija, li permezz tiegħu hi qed tattira numru ta’ kumpaniji internazzjonali rinomati u fil-proċess toħloq postijiet tax-xogħol ġodda. Dan jikkonferma li l-intrapriżi f’Malta qed jirnexxilhom ikunu kompetittivi minkejja l-kompetizzjoni kbira f’suq dejjem aktar globalizzat. Huwa spjega kif il-Baġit 2011 jinkludi sensiela ta’ inizjattivi intiżi biex sidien ta’ negozji f’pajjiżna jsaħħu l-kompetittività tagħhom, fosthom skemi ta’ taħriġ u għajnuniet fil-forma ta’ tnaqqis mit-taxxa għal min jinvesti f’tagħmir li jtejjeb il-kwalità tal-prodott jew is-servizz tiegħu. |
| F’dan il-kuntest, huwa rrefera għar-rapport | tal-kumpanija tal-credit rating Fitch, li din il-ġimgħa kkonfermat ir-rata ta’ Malta bħala A+ u li sostniet li dan ir-rating huwa riflessjoni tal-mod trankwill ta’ kif il-pajjiż għadda mir-riċessjoni u għall-fatt li diġà jidhru sinjali ta’ rkupru ekonomiku b’saħħtu. Huwa fakkar ukoll fir-rapport dwar il-kompetittività ppubblikat fil-jiem li għaddew mill-Istitut ta’ Riċerka Lisbon Council li sostna li fl-aħħar snin Malta u l-Ġermanja kienu l-uniċi żewġ pajiżi Ewropej li saħħew il-kompetittività tagħhom. |
Fost il-klijenti tagħha, il-kumpanija issa għandna wkoll lill-ARMS, il-kumpanija responsabbli mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma. L-ARMS għadha kif iffinalizzat ftehim mal-World Aviation Group biex din tassistiha fir-rigward tat-telefonati li jaslu fil-call centre tagħha iżda anke fuq il-backlog tal-emails. Il-Ministru Fenech ġibed l-attenzjoni għall-fatt li kemm ilu li ntlaħaq dan il-ftehim mal-ARMS, l-ammont ta’ telefonati li qed jiġu mwieġba issa żdied għal aktar minn 76%.
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000