Skema ta’ transizzjoni għall-VAT fuq il-lukandi
pr1976
28/10/2010
| Wara laqgħa li saret | dalgħodu bejn il-Gvern u l-MHRA, il-Gvern qed jikkunsidra skema ta’ transizzjoni ta’ darba għal dawk il-kuntratti li ġew iffirmati ma’ tour operators. Il-kuntratti li se jiġu kkunsidrati huma dawk li ġew iffirmati qabel Jum il-Baġit, fil-25 ta’ Ottubru 2010. |
| L-operaturi | konċernati għandhom jibagħtu, sat-Tnejn l-1 ta’ Novembru 2010 fis-2pm, kopja ffirmata bħala awtentika fl-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li se jkun miftuħ ukoll is-Sibt u l-Ħadd bejn id-9 ta’ filgħodu u nofsinhar. L-Awtorità tat-Turiżmu tiggarantixxi li se tkun qed tirċievi dawn il-kuntratti bl-ikbar kunfidenzjalità. |
| Dawk il-kuntratti li | ma jkunux depożitati sal-ħin stipulat mhux se jkunu kkunsidrati. |
| Mal-kuntratti għandha | tingħata indikazzjoni tan-numru ta’ turisti li wieħed qed jistenna ma’ kull kuntratt. |
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000