DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, WAQT IT-TNEDIJA TAS-SURVEY EWROPEW PILOTA DWAR IS-SAĦĦA – VALLETTA – IL-ĦAMIS, 28 TA’ OTTUBRU 2010
pr1975
28/10/2010
| Illum qed inlaqqgħu | lill-membri tal-media sabiex ninfurmaw lill-pubbliku li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, permezz tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka ser jagħmel studju pilota ta’ l-ewwel European Health Examination Survey. |
| Dan il-proġett | qiegħed jirċievi fondi mill-Unjoni Ewropea permess tal-Programm dwar is-Saħħa Pubblika. Sentejn ilu, konna niedejna l-European Health Interview Survey. Minn dan is-survey ħarget ħafna statistika utli biex tgħinna fl-ippjanar tas-servizzi u l-kampanji ta’ promozzjoni tas-saħħa. Iżda dejjem jibqa’ l-fatt illi għal ċerta informazzjoni, m’hemm ebda sostituzzjoni ħlief li tkejjel direttament u tagħmel ċerta testitjiet. Għaldaqstant, dan il-proġett ser ikun importanti tassew biex iservi sabiex nivvalidaw u nikkalibraw aħjar informazzjoni li ħarget mill-European Health Interview Survey. |
| Biex nagħti eżempju | prattiku, meta għamilna l-Interview Survey tlabna lill-persuni jirrappurtaw dwar il-piz tagħhom filwaqt li issa ser inkejlu l-piz direttament b’metodu standardizzat. |
| Għalhekk dan | l-istħarriġ mistenni li jiġbor ħafna tagħrif interessanti u ta’ valur, kif ukoll statistika, dwar diversi suġġetti li jolqtu s-saħħa tal-popolazzjoni Maltija. |
| Hu | maħsub li jkun hemm studju nazzjonali akbar minn dan fil-ġejjieni qarib mifrux mal-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt huwa ppjanat li survey akbar isir fl-2013 fejn l-istħarriġ ikun mifrux fuq 2,500 persuna. L-esperjenza li niksbu f’dan il-progett pilota ser tkun essenzjali biex tgħinna nippanjaw aħjar kif għandna nimplimentaw s-survey il-kbir fl-2013. |
| Ta’ min jgħid li | bħala awtoritajiet tas-Saħħa ilna nixtiequ li nkunu parti minn survey bħal dan. Permezz ta’ dan is-survey nistgħu nqabblu l-istat tas-saħħa tal-poplu Malti llum ma’ dak ta’ pajjiżi oħra Ewropej. Saħansitra, meta jsir is-survey l-ieħor fl-2013 inkunu nistgħu nqabblu l-istat tas-saħħa dak inhar ma’ tal-lum. Importanti li niftakru li l-aħħar survey simili għal dan, kien sar fl-1984. |
| Jiena personalment | inħeġġeġ biex dawk kollha li jirċievu l-ittra biex ikunu parti minn dan l-istħarriġ jagħmlu l-almu sħieħ tagħhom sabiex jieħdu sehem f’dan is-survey. Il-kontribuzzjoni ta’ kull individwu f’dan l-eżerċizzju hija ferm importanti, biex tassigura li s-Servizzi tas-Saħħa jiġu mfassla fuq il-bżonnijiet attwali ta’ kull individwu fil-gżejjer Maltin. Ma’ ninsewx li llum, is-sistemi tas-Saħħa madwar id-Dinja kollha qed jimxu lejn dak li jissejjaħ “patient-oriented systems”. Il-popolazzjoni tagħna, b’saħħitha u mhix, għandha tkun it-tifsila li fuqha nibnu u nsaħħu servizzi eżistenti u noffru oħrajn ġodda skond ir-riżultat ta’ surveys bħal dan. |
| Bħala Ministru | tas-Saħħa, jiena nħoss li għandna diversi kundizzjonijiet li hemm bżonn li nkomplu naħdmu fuqhom u forsi nżidu anke l-ħidma tagħna, iżda jista’ jkun hemm kundizzjonijiet oħra li forsi m’humiex daqshekk ovvji jew kundizzjonijiet li għadhom qed jiżviluppaw u għalhekk importanti li nidentifikawhom minn kmieni sabiex insibu soluzzjonijiet bikrin. |
| Nerġa’ nappella, | minn qalbi, sabiex il-parteċipazzjoni tkun waħda ffurmata u minn issa nirringrazzja lil dawk li se jaċċettaw l-istedina tagħna. Nappella wkoll lil KULL settur tal-media lokali sabiex ikun hemm sforz kollettiv sabiex dan l-istħarriġ isir b’mod xjentifiku u korrett sabiex il-poplu kollu jigwadanja b’servizzi tas-saħħa aħjar għal kulħadd. |
GRAZZI
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000