DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-INAWGURAZZJONI TA’ SERVGROUP - L-IMRIEĦEL – L-ERBGĦA 27 TA’ OTTUBRU 2010
pr1969
27/10/2010
Sur Vassallo
Ħaddiema ta’ Servgroup
Sinjuri
| Huwa ta’ | sodisfazzjon għalija li nkun magħkom illum biex flimkien niċċelebraw l-investiment ġdid li għamlet din il-kumpannija. |
| Minn dak li rajt | dalgħodu u dak li smajt mingħand il-management u l-ħaddiema, is-suċċess ta’ din il-kumpannija hu mibni fuq tliet fatturi importanti – il-ħaddiema, l-investiment u l-flessibbiltà. Elementi importanti mhux għal negozju biss imma anke għall-pajjiż. |
| Minkejja t-taqlib | ekonomiku li d-dinja kienet għaddejja minnu, pajjiżna kellu riżultati li huma aħjar minn ta’ pajjiżi oħra. U fuq dawn il-kisbiet fassalna l-budget għas-sena d-dieħla biex inkomplu ninċentivaw il-ħolqien ta’ aktar postijiet tax-xogħol, ninvestu fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fil-qasam soċjali u fl-ambjent. |
| B’rata ta’ 3.7%, | Malta tirreġistra tkabbir ekonomiku akbar mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Bil-produzzjoni tiżdied u l-esportazzjoni tikber bi 33% kompla jiżdied ix-xogħol f’pajjiżna. Malta għandha r-raba’ l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. U għaliex investejna fit-turiżmu rreġistrajna wkoll żieda ta’ 12% fit-turisti li ġew Malta. Dawn huma r-riżultat ta’ deċiżjonijiet responsabbli, maturi u ta’ strateġija ekonomika ċara. |
| Il-budget ta’ | din is-sena huwa mmirat biex insostnu t-tkabbir ekonomiku. Irridu nsaħħu l-kompetittività. Irridu aktar negozji jkomplu jimirħu u jkattru x-xogħol għall-ħaddiema Maltin. |
| Il-Gvern jemmen | fis-sidien tan-negozju. Il-viżjoni u l-bżulija tagħkom twassal biex pajjiżna jkollu industrija b’saħħitha, kompettitiva u ta’ suċċess. Xogħolna bħala Gvern hu li nkomplu noħolqu ambjent li jinċentiva l-investiment u ninċentivaw lill-investituri permezz ta’ skemi differenti. |
| Minn din is-sena | s-sidien ta’ kumpanniji żgħar u medji qed igawdu minn tnaqqis fl-income tax sa massimu ta’ €25,000 meta jinvestu u jimpjegaw aktar ħaddiema. Din l-iskema ġiet estiża għas-sena d-dieħla wkoll. |
| F’nofs ix-xahar | id-dieħel tagħlaq l-offerta għall-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iskema MicroCredit. Din se tkun skema ġdida oħra ta’ benefiċċju għas-sidien tan-negozji żgħar u medji. €51 miljun se jkunu għad-dispożizzjoni tas-sidien biex jinvestu u dan billi jissellfu b’rati vantaġġużi u jkollhom bżonn anqas garanziji. |
| Fl-2011 se nkomplu | ninvestu aktar fl-intraprendituri tagħna. Min jinvesti biex itejjeb is-servizz jew il-prodott li joffri se jiffranka aktar income tax. Se noffru skemi biex aktar intrapriżi jippenetraw swieq internazzjonali. Irridu li aktar negozji jiġu megħjuna biex jesportaw, għaliex l-esportazzjoni tfisser aktar dħul, aktar negozju u possibbiltà ta’ aktar investiment u impjiegi. |
| Il-Gvern se jinvesti | f’aktar spazji moderni u ta’ kwalità. Se ntejbu l-faċilitajiet biex l-SME’s jimpjegaw aktar ħaddiema f’postijiet ġodda. Se jkun qed jiġi żviluppat hutment area f’Kordin għal 66 negozju, SME park għal 39 negozju f’Għawdex u se jinbeda programm ta’ titjib f’Kordin, Ħal Far, ix-Xewkija u Bulebel. Dan minbarra l-Park għall-Avjazzjoni li se jkun lest kmieni s-sena d-dieħla. |
| Ir-riżorsa umana | hija l-pedament ta’ kull negozju kif ukoll ta’ pajjiżna. Is-suċċess ta’ dan il-pajjiż anke fil-mumenti ibsin huwa wkoll frott il-bżulija, il-ħiliet u l-flessibbiltà tal-ħaddiem Malti. It-taħriġ tal-ħaddiema jibqa’ essenzjali fl-istrateġija għall-ħolqien tax-xogħol. It-taħriġ jiftaħ il-bibien għal aktar xogħol u xogħol aħjar. Fl-2011 ħaddiema bil-paga minima li jitħarrġu, se jingħataw allowance ta’ €25 fil-ġimgħa. Se nsaħħu u nżidu l-korsijiet ta’ taħriġ tal-ETC. Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena l-korsijiet ġew irduppjati u pparteċipaw 9,000 persuna, żieda ta’ 5,000 fuq is-sena ta’ qabel. |
| Bl-inċentivi li ta | l-Gvern, bl-investiment ġdid, bil-fiduċja tas-settur privat u bl-ottimiżmu lejn il-ġejjieni l-ETC fl-ewwel 9 xhur ta’ din is-sena kellha aktar minn 7,300 vacancy reġistrati magħha mingħand min iħaddem li kienu qegħdin ifittxu l-ħaddiema – 1,400 aktar mis-sena li għaddiet. |
Sinjuri
| Illum mhux biss | qegħdin nassistu għall-ftuħ ta’ investiment ġdid imma wkoll għall-storja ta’ suċċess ta’ kumpanija Maltija. Kumpanija li għax investiet fil-ħaddiema u fl-operat tagħha kompliet tikber u qed tagħmel xogħol anke barra minn Malta. |
| Filwaqt li nixtieq | nirringrazzja lis-Sur Vassallo u lill-ħaddiema kollha tas-Servgroup, nawguralkom għall-ġejjieni. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000