Left arrow Go Back

AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI  TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)

pr1962
Date Icon 26/10/2010
L-Awtorità ta’ Ġestjonif’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013.
Applikantieliġibbli se jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’:
Assi ta’Prijorità 6: Riġenerazzjoni Urbana u Titjib fil-Kwalità tal-Ħajja
Settur:Mobilità Interna – Din is-sejħa li ġejja hi maħsuba għal proposti ta’ proġetti innovattivi maħsuba sabiex tonqos id-domanda għall-użu ta’ mezzi privati ta’ trasport, mingħajr ma tiġi mnaqqsa l-aċċessibilità. Se tingħata konsiderazzjoni partikulari lil proposti li jippreżentaw inizjattivi fuq livell nazzjonali, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidla fil-mezzi u għal mezzi alternattivi ta’ trasport li huma sostenibbli u effiċjenti. L-inizjattivi jistgħu jinkludu sistemi intelliġenti ta’ trasport, azzjonijiet li jinkuraġġixxu l-użu ta’ trasport urban nadif u trasport multi-modali. L-inizjattivi kollha għandu jkollhom il-bażi tagħhom fl-istrateġiji u l-politika nazzjonali rilevanti.
Il-baġit indikattiv għaldin is-sejħa huwa ta’ €10 miljuni. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jinnotaw li l-proposti m’għandhomx jeċċedu l-baġit stipulat. Din is-sejħa hija ristretta għall-proġetti li ma jinvolvux implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat BISS.

It-tnedija tas-sejħa nnifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjonijiet ta’ Informazzjoni relatati se jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt/calls_all.  Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sejħa (inkluż il-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna, ladarba tiġi mnedija s-sejħa.

Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt jew billi tintbagħat email fuq info.ppcd@gov.mt.

Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti aktar żmien għat-tħejjija tal-proġetti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

More Press Releases Right arrow