Left arrow Go Back

Hruġ ta’ Stocks tal-Gvern

pr1961
Date Icon 26/10/2010
L-AccountantGeneral iħabbar il-ħruġ ta’ €100,000,000 Stock  tal-Gvern ta’ Malta kif ġej:-
(i)3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue, u
(ii)5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, jew
f’ammontimiż-żewġ Stocks b’valurnominali flimkien ta’ Euro100,000,000.

Il-prezzgħal kull Stock offrut għall-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 4 ta’ Novembru, 2010.  Il-prezz jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn  8 ta’Novembru, 2010  u jagħlqu fil-ħinijiet u d-data kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General :
(i)fil-5.00pm l-Erbgħa 10 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, u
(ii)nofsinhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġuddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-5 ta’ Novembru, 2010.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett relattiv li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the me...

More Press Releases Right arrow