Inċentivi biex l-intrapriżi jespandu u jtejbu l-kwalità tal-prodott u s-servizz tagħhom
pr1959
26/10/2010
| Il-baġit | imħabbar il-bieraħ jinkludi sensiela ta’ inċentivi intiżi biex l-intrapriża lokali tespandi, tħares lejn opportunitajiet barra minn pajjiżna u toħloq aktar postijiet tax-xogħol. Fl-istess waqt, qed insaħħu l-investiment fit-taħriġ biex nassiguraw li l-ħaddiema tagħna jgawdu minn dawn l-opportunitajiet li qed jinħolqu, b’mod partikolari f’setturi innovattivi tal-ekonomija tagħna. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara dalgħodu għand il-kumpanija Holistic, fil-Fgura. |
| Il-Ministru Tonio Fenech sostna li dan il-baġit | għandu jgħin biex l-intrapriżi lokali jsaħħu l-kwalità tal-prodott u s-servizz tagħhom u b’hekk isiru aktar kompetittivi. Fost l-oħrajn, huwa rrefera għat-tnedija tal-Programm Gateway to Export, b’investiment ta’ €1m li għandu l-iskop li jappoġġja lil dawk in-negozji li jridu jesportaw lejn swieq barranin u għall-benefiċċji fiskali għal min jinvesti biex itejjeb il-kwalità tal-prodott jew is-servizz li jipprovdi. Irrefera wkoll għat-tiġdid tal-iskema MicroInvest li tipprovdi tnaqqis ta’ taxxa għal kumpaniji li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies li jwettqu investimenti ġodda, kif ukoll għall-Quality Improvement Programme, intiż biex isaħħaħ l-għarfien dwar id-diversi aspetti tal-kwalità. |
| Waqt | iż-żjara tiegħu fil-kumpanija Holistic, Tonio Fenech kien muri l-laboratorji li jintużaw minn din il-kumpanija fejn tħarreġ tfal u żgħażagħ fid-digital gaming. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-importanza li din il-kumpanija tagħti lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u f’dan il-kuntest fakkar fl-iskema tal-Malta Enterprise, li tgħin permezz ta’ għotjiet sa massimu ta’ €15,000 lil min ikun se jibda negozju innovattiv. Tonio Fenech feraħ lill-kumpanija Holistic għall-isforzi tagħha biex tħares lejn swieq barranin u għar-riżultati li rnexxilha tikseb f’dan ir-rigward. |
| Il-kumpanija Holistic, li fl-aħħar tliet snin | irduppjat l-impjiegi tagħha, ibbenefikat ukoll minn fondi Ewropej amministrati mill-Malta Enterprise biex issaħħaħ in-negozju tagħha. Filfatt, hija pparteċipat fl-iskema “Kompetittività Internazzjonali” li ppermettilha tipparteċipa f’esibizzjonijiet u fieri barra minn Malta, u fl-iskema e-business li permezz tagħha investiet fi programm tal-informatika li jippermettilha ttej jeb l-effiċjenza fil-ħidma tagħha u takkomoda numru akbar ta’ klijenti. Il-Ministru ħeġġeġ lil aktar imprendituri biex jagħmlu kuntatt mal-Malta Enterprise biex jitgħallmu dwar x’opportunitajiet jeżistu fir-rigward tal-innovazzjoni kif ukoll dwar aċċess għal swieq barranin, fost l-oħrajn permezz tal-franchising. |
Other Press Releases:
PR262000en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...
PR262000