Left arrow Go Back

INVESTIMENT FIT-TAĦRIĠ TAL-PERSUNI IMPJEGATI FIL-QASAM TURISTIKU IFISSER INVESTIMENT FIL-KOMPETTITIVITA’ TA’ PAJJIŻNA

pr1929
Date Icon 22/10/2010
Il-kompettitivita’fil-qasam turistiku tissaħħaħ meta pajjiż jkollu riżorsa umana li ġedded l-ħiliet tagħha skont il-bżonnijiet tas-suq. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco fil-ftuħ ta’ lecture mill-programm ta’ taħriġ Advance, organizzat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA).
Danil-programm ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, huwa investiment ta’ aktar minn €3 miljun; fl-innovazzjoni, fit-tmexxija tajba u fit-titjib tal-prodott  turistiku lokali. Permezz ta’ dan il-programm, f’perijodu ta’ sentejn, se tingħata ċertifikazzjoni lil 1380 manager u supervisor li jaħdmu fl-oqsma differenti tat-turiżmu.  200 mill-partecipanti se jingħataw l-opportunità li jqattgħu ġimgħa f’kumpannija barranija fl-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda jew Franza, biex jesperjenzaw sistemi ta’ prattiċi tajba fit-turiżmu. Il-parteċipanti se jkollhom ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ minn esperti internazzjonali fil-qasam turistiku.
Mario deMarco spjega li fl-aħħar snin, pajjiżna esperjenza bidliet fis-settur turistiku, hekk kif kibru s-swieq barra is-suq Ingliz, bl-ammonti ta’ turisti mill-Italja, Franza, Spanja u l-pajjiżi Skandinavi, jesperjenzaw tkabbir sostanzjali. Iż-żieda f’dawn is-swieq hija wkoll frott ta’ żieda fir-rotot minn u lejn pajjiżna, biex llum għandna titjiriet minn u lejn 76 destinazzjoni.
L-avvanzi fit-tekonoloġija tal-informazzjoni ul-komunuikazzjoni wkoll kienu fatturi li bidlu l-mod ta’ kif turist jirriserva s-servizz tiegħu f’Malta. Fil-fatt, 55% tat-turisti li jiġu f’Malta qed jagħmlu r-riservazzjoni tagħhom b’mod individwali u direttament mal-istabbilimenti turistiċi.  Is-Segretarju Parlamentari spjega li dawn il-bidliet fissru li l-persuni impjegati fil-qasam turistiku, kienu meħtieġa jġeddu l-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-aspettativi tal-klijent. Sostna li t-taħriġ tul il-ħajja huwa meħtieġ biex is-settur turistiku lokali jibqa’ jiġi aġġornat għall-bidliet teknoloġiċi u internazzjonali li jseħħu.
Mario deMarco qal li l-promozzjoni tas-settur turistiku ta’ pajjiżna tiffoka fuq tlett aspetti importanti, li huma l-wirt storiku, l-ospitalita’ u d-diversita’.  Saħaq li l-investiment fir-riżorsa umana jissarraf f’titjieb fis-servizz u fl-ospitalita’. Dan jassigura kompettitiva’ u tisħiħ tas-settur turistiku.
Fl-ewwelgrupp li qed jipparteċipa fil-programm hemm 550 persuna, jiġifieri 100 parteċipant aktar mill-mira ta’ 450 parteċipant. Minn dawn hemm 75 parteċipant li huma impjegati ma’ operaturi f’Għawdex. Anke minn Għawdex, applikaw aktar persuni mill-mira stabbilita. Filwaqt li l-mira kienet li fil-programm jieħdu sehem 50 persuna minn operaturi Għawdxin, b’kollox ħa jkunu qed jipparteċipaw 75 persuna minn Għawdex.
It-tieni grupp se jibda il-programm ta’ taħriġ  fiFrar 2011. Għat-tieni sejħa tal-programm se ssir  emfażi akbar fuq l-impjegati ma’ lukandi ta’ tliet stilel, ma’ ristoranti, mal-iskejjel tal-Ingliż u operaturi fl-arti kreattivi bħal kumpaniji tal-promozzjoni u l-marketing.
Partimill-proġett jinkudi żewġ studji li se jiġu mnedija biex jiddeterminaw  l-aspett ta’ ħiliet li hemm bżonn jitjiebu fit-turiżmu.  B’hekk l-istudju jagħti direzzjoni għal programmi ta’ taħriġ fil-futur. Dawn l-istudji se jitwettqu bil-kooperazzjoni ta’ entitajiet differenti fit-turiżmu kif ukoll istituzzjonijiet edukattivi bħall-ITS, l-Università u l-MCAST. Bil-koperazzjoni tal-istituzzjonijiet edukattivi, se ssir analizi tas-sistemi u l-ħiliet li hawn bħalissa fl-industrija. B’hekk, filwaqt li jissaħħu s-sistemi u ħiliet eżistenti, jkun hemm ukoll indikazzjoni fuq l-investimenti li jeħtieġ isiru biex naslu lejn l-eċċellenza fis-servizz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow