IMPENN LEJN SOSTENIBILITA’ LI TĦARES L-IŻVILUPP ĦOLISTIKU TAL-AMBJENT U L-PAJSAĠĠ MALTI
pr1921
21/10/2010
| Id-deċiżjonijiet u r-regoli | dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent m’għandhomx ikunu limitati biss għar-rekwiżiti fid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea, iżda għandna nimmiraw lejn sistema ta’ żvilupp sostenibbli li tmur lil hinn mill-minimu mistenni. B’hekk naċċertaw sistema ta’ żvilupp sostenibbli ħolistiku li jħares kull aspett tal-ambjent u l-pajsaġġ Malti. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, l-Onor. Mario de Marco fil-ftuħ tal-konferenza organizzata f’Għawdex, mill-Universita’ Ġermaniża, Anhalt University of Applied Sciences, b’koperazzjoni mal-Universita’ ta’ Malta u l-Kamra tal-Periti. |
| Il-konferenza qed | titratta’ l-immaniġġjar ekoloġiku fil-gżejjer tal-Mediterran, b’enfażi speċjali ssir fuq il-pajsaġġ ekoloġiku u l-iżvilupp sostenibbli. Mario de Marco qal li t-tfassil ta’ abbozz ta’ liġi dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-proċess li qed isir biex titfassal policy nazzjonali għall-ambjent huma xhieda tal-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ il-qasam ambjentali u jħares il-pajsaġġ ta’ pajjiżna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-pajsaġġ Malti huwa magħmul minn diversi aspetti fosthom il-pajsaġġ storiku rifless fil-binjiet ta’ storja bħas-swar, il-pajsaġġ reliġjuż rifless fil-binijiet reliġjużi bħall-knejjes u l-kappelli u l-pajsaġġ naturali li joħroġ miż-żoni rurali ta’ pajjiżna. Fil-kuntest ta’ pajsaġġ urban, Mario de Marco tkellem dwar l-importanza ta’ ippjanar li jikkumplimenta l-investiment li jsir fil-binjiet individwali. Tenna li l-irħula f’Malta u Għawdex għandhom karatteristiċi uniċi li għandhom jiġu ppreservati biex nipproteġu l-pajsaġġ tradizzjonali tagħna. |
| Mario de Marco qal li | l-konferenza qed tiddiskuti temi li huma inklużi fil-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Dan ifisser li Għawdex jiżviluppa b’mod sostenibbli mhux biss fil-qasam ambjentali imma anke fil-qasam ekonomiku u soċjali. Sostna li Għawdex huwa meqjus bħala gżira b’riżorsi storiċi, kulturali u naturali li jekk żviluppata b’mod għaqli u sostennibli, toffri stampa mill-isbaħ tal-pajsaġġ lokali tagħna. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-konferenza għandha isaħħaħ l-għarfien tal-parteċipanti dwar pajjiżna u awgura li twassal għall-proposti li jsaħħu l-pajsaġġ lokali u Ewropew. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992