Left arrow Go Back

IĊ-CHAIRMAN TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ FIL-PARLAMENT MALTI, FRANCIS ZAMMIT DIMECH JIRSISTI GĦAS-SITT SIĠĠU GĦAL MALTA F’LAQGĦA FI BRUSSEL

pr1914
Date Icon 20/10/2010
Iċ-Chairman tal-Kumitat għall-Affarijiet Barraninu Ewropej fil-Parlament Malti, Francis Zammit Dimech, għadu kif attenda laqgħa għall-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin fil-pajjiżi Ewropej li saret fis-sede tal-Parlament Belġjan fi Brussel.
Din il-laqgħa kienet indirizzata fost oħrajn minnBaroness Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll minn Steven Vanackere, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Belġju.
F’intervent f’din il-laqgħa, Francis ZammitDimech tkellem fuq bidla importanti li tirriżulta mit-Trattat ta’ Lisbona u li għandha importanza partikolari għal Malta, ċioe’ ż-żieda ta’ 18-il siġġu fil-Parlament Ewropew u Malta bħala riżultat għandha wieħed minnhom, ‘is-sitt siġġu tagħna’.
Zammit Dimech emfasizza li għalina din hi materjaimportanti u l-Parlament Malti kien wieħed minn tal-ewwel Parlamenti Ewropej li rratifika l-Protokoll biex din l-emenda tidħol fis-seħħ u d-deputati addizzjonali jkunu jistgħu jieħdu posthom fil-Parlament Ewropew.
Appella lill-Presidenti tal-Kumitatigħall-Affarijiet Barranin preżenti biex jagħmlu l-parti tagħhom sabiex il-pajjiżi rispettivi li jirrappreżentaw jgħaġġlu l-proċess tar-ratifika tagħhom ta’ dan il-Protokoll, u appella ukoll lill-Presidenza Belġjana biex tagħmel kull ma tista’ biex dan il-proċess jitħaffef.
Dr Francis Zammit Dimech spjega li għal Malta s-sittsiġġu jfisser li nkunu aktar effettivi fil-ħidma tagħna fil-Parlament Ewropew li kiber ħafna fl-importanza tiegħu bħala riżultat tat-Trattat ta’ Lisbona.
Francis Zammit Dimech f’intervent ieħor emfasizzal-importanza tal-parteċipazzjoni tal-pajjiżi differenti fl-Unjoni Ewropea fil-‘European External Action Service’, għax filwaqt li huwa rikonoxxut li l-għażliet iridu jsiru fuq bażi ta’ mertu, irid ikun hemm ukoll element ta’ distribuzzjoni ġeografika u provvedimenti biex pajjiż żgħir bħal Malta jkollu l-opportunità ta’ parteċipazzjoni effettiva f’dan is-Servizz. Huwa staqsa wkoll lil Catherine Ashton fuq ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju tal-politika estera tal-Unjoni Ewropea.
Fit-tweġibiet tagħha Catherine Ashton qalet litapprezza s-sehem ta’ pajjiż żgħir bħal Malta u bi ħsiebha fil-futur tirrapporta fuq l-element tad-distribuzzjoni ġeografika. Spjegat ukoll li r-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju tal-politika estera tal-Unjoni Ewropea huwa valur importanti imma l-proċeduri preċisi f’dan ir-rigward għadhom qed jevolvu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow