Stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja
pr1906
19/10/2010
| Laqgħa pożittiva bejn il-Gvern u | l-YMCA |
| B’riferenza għal dak li qed jingħad | fl-istampa, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja jixtieq jiċċara li għal diversi xhur kien qed jikkollabora mal-YMCA biex ikun assigurat li s-servizzi tagħhom ikunu sostenibbli u jagħtu l-aħjar servizz. Saru diversi laqgħat ta’ diskussjoni matul l-aħħar xhur bl-iskop li jkunu ndirizzati d-diffikultajiet li kienu ġew identifikati. |
| L-Aġenżija | Appoġġ kienet bdiet diskussjonijiet biex ikun jista’ jittejjeb l-operat fl-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ u ilha taħdem għal diversi xhur mal-YMCA biex tiżviluppa protocol biex jittejjeb is-servizz ta’ ħidma fl-interess tal-minuri. |
| F’Marzu ta’ din is-sena, l-YMCA intalbet mill-Ministeru | biex tibgħat il-management accounts u l-audit accounts tagħha lill-Ministeru li issa mistennija jingħataw qabel tmiem dan ix-xahar |
| Il-Gvern | xorta alloka €110,000 mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji lill-YMCA u ġew imwiegħda wkoll li jingħataw €10,000 oħra jekk ikun il-bżonn. Sa Settembru li għadda, il-YMCA kienet qed tingħata din l-allokazzjoni xahar b’xahar biex tkun assigurata l-kontinwazzjoni tas-servizz għall-minuri. |
| Tajjeb jingħad li minbarra dawn l-għotjiet ta’ | €120,000, il-YMCA tibbenifika wkoll minn benefiċċju għal tfal li jgħixu fi Djar Residenzjali - li għal tmint itfal ilaħħqu s-somma ta’ €29,000 fis-sena, vouchers tal-Benefiċċju tal-Enerġija li jkopru sa 75 fil-mija tal-kontijiet tad-dawl, u madwar €40,000 oħra mill-Bord Konsultattiv għat-Tfal u ż-Żgħażagħ u l-High Support Service. |
| Fl-aħħar | laqgha bejn il-Ministeru u l-YMCA, li saret ix-xahar li ghada, il-Ministeru baqa’ juri ruħu disponibbli għal diskussjonijiet li jwasslu għal soluzzjoni. |
| Fil-fatt, il-lum saret laqgħa oħra fejn kienu | diskussi kemm l-aspett tal-kura tat-tfal kif ukoll dak finanzjarju. Din il-laqgħa kienet pożittiva u se titkompla fil-jiem li ġejjin bl-iskop li tinstab soluzzjoni fl-interess ta’ kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261993
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...
PR261992