Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Ministru ghas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, waqt l-inawgurazzjoni tat-tielet ‘gimgha dwar is-Sigurta’ fl-Ikel’ – Il-belt Valletta  - 19-25 Ottubru 2010

pr1904
Date Icon 19/10/2010
Għat-tieletsena konsekuttiva, l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ qed jorganiżża Ġimgħa Favur is-Sigurta` ta’ l-Ikel f’Malta u Għawdex. Dan qiegħed isir permezz tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard flimkien mal-Kummissjoni dwar is-Sigurta` ta’ l-Ikel.
Dawn id-direttorati  flimkien ma’ entitajiet oħrajaħdmu bla heda mhux biss biex jitfejjaq il-mard, imma wkoll sabiex tinħoloq kuxjenza preventiva fil-konfront ta’ varjeta’ wiesgħa ta’ mard. Il-prevenzjoni tal-mard infettiv kaġunat mill-ikel hija funzjoni partikolari u mportanti kif ukoll dmir ta’ kull wieħed u waħda minna. Dawn il-kampanji juru l-ħeġġa tad-dipartimenti konċernati għal dan il-għan.
Din is-senal-attenzjoni tal-kampanja hija marbuta ma’ aspett tax-xiri ta’ prodotti tal-ikel li għadu popolari ħafna magħna l-Maltin u l-Għawdxin – il-bejjiegħa tat-triq. Il-konsumaturi Maltin iħobbu jżuru s-swieq u l-monti ; xhieda ta’ dan hija l-popolarita’ tagħhom. F’dawn is-swieq jarmaw diversi bejjiegħa tal-ikel bħal bejjiegħa tal-ħut u ħaxix frisk, oħrajn ibiegħu prodotti tal-preserves filwaqt li oħrajn joffru prodotti bħal salumeriji.
Din il-kampanjagħandha l-għan li l-konsumaturi jitgħallmu fuq liema huma l-prodotti li jistgħu  jinxtraw u dawk li m’għandomx jinbiegħu minn bejjiegħa tat-triq. Qed tingħata wkoll attenzjoni fuq  kif nixtru minn għand dawn il-bejjiegħa. Hija t-tama tagħna li l-konsumaturi jkunu jagħfu x’għandhom ifittxu meta jixtru prodotti mis-swieq u minn għand bejjiegħa sabiex jagħżlu prodotti friski u ta’ kwalita’. Jekk il-konsumaturi jkunu jafu x’għandhom ifittxu, inkunu nistgħu nserrħu rasna li l-prodott huwa sigur u san; u li ma joħloqx problemi tas-saħħa.
Per eżempju, huwa mportanti ħafna li l-konsumaturMalti jitgħallem jagħraf ħut frisk minn dak li m’huwiex frisk. X’għandu jfittex il-konsumatur sabiex jagħraf li bejjiegħ tal-ħut tista’ tafda fieħ u li jkun qiegħed joffri prodott frisk u sigur? Jaf il-konsumatur li ħut frisk waqt il-bejgħ għandu jkun fuq sodda tajba tas-silġ? Jaf il-konsumatur li bejjiegħ tal-ħut għandu jkollu l-vettura tiegħu magħmra b’sink u ilma għal ħasil tal-idejn u tal-għodda?
Bejjiegħa tat-triq bħal bejjiegħa oħra tal-ikelgħandhom ir-responsabilta’ li jipprovdu servizz tajjeb, ikel frisk jew miżmum f’temperaturi xierqa u li jieħdu kull prekawzjoni biex l-ikel ma jeħżienx jew jiddeterjora fil-kwalita’. Hawnhekk nistgħu nsemmu eżempji bħal ilma, minerali u bajd li m’għandomx jinżammu fix-xemx.
Il-bejjiegħatat-triq huma responsabbli għall-istat tal-vettura jew posta tagħhom. Huma responsabbli mid-dehra u l-indafa ta’ persunithom u mill-iġjene tal-proprjeta’ tagħhom. Il-van jew trakk li huma jkunu qegħdin jużaw għal dan ix-xogħol ta’ bejgħ ta’ ikel m’għandux jintuża għal affarijiet oħra.
L-għarfiental-importanza tat-tikketta fuq prodotti ppakkjati diġa’ teżisti imma hemm bżonn li tkompli tikber. Infakkfru li kull tikketta għandha tiddeskrivi l-kontenut tal-prodott (fosthom l-ingredjenti) u d-dati ta’ skadenza tal-prodott. Huwa ta’ mportanza kbira li prodotti diġa’ ppakkjati mingħajr tikketta ċara, m’għandomx jinxtraw. Meta prodott ma’ jkollux tikketta ċara, il-konsumaturi m’għandhomx garanzija li dak il-prodott huwa ta’ kwalita’ u jista’ jkun li dawn il-prodotti jkunu ġejjin minn sorsi li m’humiex approvati. Ma ninsewx li ċertu prodotti jenħtieġ li jkollhom twissija ta’ xi allerġiji.
Inħeġġeġlill-konsumaturi u lill-bejjiegħa sabiex prodotti li m’humiex ippakkjati, bħal per eżempju l-ħobż, ma jintmessux bl-idejn imma jintużaw it-tongs sabiex b’hekk innaqqsu l-kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti ta’ l-ikel.
Irriduniftakru li l-konsumaturi Maltin qegħdin jitgħallmu dejjem aktar u qed jesiġu aktar indafa u standards għoljin, jesiġu aktar prodotti tajbin u friski kif ukoll prodotti li jassiguraw li huma u l-familjari tagħhom ma’ jimirdux. Il-konsumaturi qegħdin dejjem jagħrfu li l-bejjiegħ li jipprattika l-iġjene u jidher nadif minn dak li m’huwiex. Meta bejjiegħ jarma kif suppost u forsi jmur ukoll oltre mil-ligi, il-klijentela tiegħu tikber b’riżultat li jgawdi minn qliegħ ikbar.
B’dawnil-kampanji għandu jiżdied it-tagħlim fuq l-iġjene u s-sigurta’ fl-ikel. Kampanji bħal dawn huma ndirizzati sabiex jitnaqqas il-mard infettiv ikkaġunat mill-ikel u b’hekk il-konsumatur ikun jista’ mhux biss igawdi l-ikel li jikkonsma, imma wkoll igawdi l-ħajja.
Nittama li dawn il-kampanji jħallu l-frott mixtieq,filwaqt li nħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jieħu sehem, jakkwista materjal offrut u jinteressa ruħu sabiex titjieb is-saħħa tal-poplu.  Grazzi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  “Meta nappoġġjaw persuna b’diżabilità, irridu nkunu hemm għall-familja kollha” – Il-Ministru Julia Farrugia

PR261993

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT “Meta nappoġġjaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

PR261992

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT TA’ MALTA

More Press Releases Right arrow